Laqgha tal-Ministru George Vella ma' l-Onorevoli Emma Bonino
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, il-bierah iltaqa' ma' l-Onorevoli Emma Bonino, Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea ghall-Ghajnuna Umanitarja. Emma Bonino giet Malta biex tiehu sehem fil-Konferenza Internazzjonali dwar it-Twaqqif ta' Qorti Kriminali Internazzjonali.
Ma' l-Onorevoli Emma Bonino, il-Vici Prim Ministru ddiskuta, fost affarijiet ohra, l-importanza tat-twaqqif ta' din il-Qorti fl-ambitu tas-sitwazzjoni internazzjonali.
Il-Vici Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon tieghu li din il-Konferenza qed tiltaqa' f'Malta principalment ghax hija konformi mal-politika barranija tal-Gvern Malti dwar paci u sigurta', specjalment fir-regjun tal-Mediterran.
L-Onorevoli Bonino qablet mal-fehma tal-Vici Prim Ministru ghar-raguni li din il-laqgha f'Malta se sservi bhala kontribuzzjoni qawwija fid-diskussjonijiet li qed isiru f'istituzzjonijiet ohra, specjalment fil-Gnus Maghquda.
Il-Vici Prim Ministru emfasizza li Malta taqbel mat-twaqqif ta' din il-Qorti Internazzjonali.
Matul il-laqgha giet diskussa s-sitwazzjoni u l-problemi li jezistu fil-Mediterran u kif Malta tista' tkun ta' ghajnuna biex il-process EwroMediterranju jimxi 'l quddiem.
Il-Vici Prim Ministru u l-Kummissarju Bonino iddiskutew ukoll ir-relazzjonijiet tajbin li jezistu bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, iz-zjara ta' Hans van den Broek f'Malta u r-rizultati pozittivi li mistennija johorgu fix-xhur li gejjin.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901