Il-qaghda finanzjarja tal-Malta Win Cargo Containers Ltd.
Coopers and Lybrand, l-awdituri independenti tal-kumpanija Malta Win Cargo Containters Ltd. ghadhom kemm ipprezentaw lill-kumpanija r-rizultat tal-profitti u telf u l-karta tal-bilanc ghas-sena finanzjarja li ghalqet fil-31 ta' Dicembru 1996.
Il-Malta Win Cargo giet iffurmata fl-1994 bil-ghan li taghmel u tbiegh il-containers. Il-Gvern Malti ghandu 67% ta' l-ishma u l-Win Corporation tal-Korea t'Isfel ghandha l-bilanc ta' 33% ta' l-ishma.
Il-Malta Win Cargo, l-istess bhall-Malta Gantry Manufacturing Ltd., giet iffurmata biex tiehu numru ta' welders minn fost il-haddiema tal-Malta Shipbuilding Ltd.
Fil-kuntratt li gie ffirmat bejn il-Malta Win Cargo u l-Malta Win Corporation kien hemm qbil li l-Koreani jordnaw numru ta' containers mill-Malta Win Cargo. Il-Koreani qatt ma ordnaw dan in-numru ta' containers.
Fis-sena finanzjarja li ghalqet fil-31 ta' Dicembru 1996, il-Malta Win Cargo ghamlet telf ta' Lm 1.4 miljuni. Fl-istess gurnata d-djun li l-kumpanija kellha ma' l-MDC ta' Lm 437,500 u mal-Mid Med Bank ta' Lm 2.8 miljuni kienu qed jigu assigurati b'ipoteka generali fuq l-assi tal-kumpanija u b'garanzija tal-Gvern Malti.
Fil-31 ta' Dicembru 1996, il-kumpanija kellha ukoll dejn iehor ta' Lm 1.3 miljuni. Minbarra t-telf akkumulat tal-kumpanija, il-valur ta' kull ishma ta' Lm1 il-wiehed sar jiswa' biss Lm 0.08,9 kull sehem.
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Ekonomici u Industrija, il-Malta Government Inverstments Ltd (MGI), flimkien mal-Bord tal-kumpanija qed jistudjaw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija bir-reqqa kbira biex eventwalment jiddeciedu fuq il-futur taghha.
Qed isiru kuntatti kontinwi mill-kumpanija ma' ditti barranin godda biex jinvestu fil-kumpanija u flimkien jaghtu hajja gdida lill-Malta Win Cargo Containers Ltd.
L-MGI hatret Bord tad-Diretturi gdid ghall-Malta Win Cargo Containers Ltd. Dawn id-diretturi huma s-sur Paul Vella ACCA (London) C.P.A. bhala Chairman u d-diretturi John Busuttil MBA, BA (Acct), Alfred Lupi FCCA, Lino Callus u Joseph Bugeja A&CE.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901