Imfakkar jum il-Vitorja f'Ghawdex
pr1716
09/09/1997
Jum il-Vitorja gie mfakkar f'Ghawdex b'cerimonja kommemorattiva li saret fi Pjazza Indipendenza. Ic-cerimonja saret taht l-awspici tas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo.
Fil-programm, li kien ikkordinat mill-Kumitat Festi Nazzjonali u Popolari fi hdan il-Kunsill tal-Kultura, ippartecipat il-Banda tal-Pulizija u kif ukoll membri tal-Forzi Armati. Il-programm kien jinkludi daqq ta' marci mill-banda, diskors kommemorattiv u tqeghid ta' kuruni mal-monument ta' Kristu Re fi Pjazza Indipendenza.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901