Left arrow Mur Lura

Seminar ghal Ufficcjali tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga

pr1714
Date Icon 09/09/1997

Il-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant, qal li Malta tinsab impenjata li tibni u li jkollha kapacitajiet godda biex tiggieled it-traffikar tad-droga. Dr. Sant qal li l-Gvern irid itejjeb il-hidma tal-Pulizija f'dan il-qasam u l-Gvern Malti huwa interessat li jikkollabora ma' diversi awtoritajiet tal-Pulizija ta' pajjizi barranin ta' l-Ewropa, tal-Mediterran u ta' kontinenti ohrajn, fosthom l-Istati Uniti. Il-Prim Ministru qal li l-Istati Uniti huma maghrufa ghal teknikalitajiet u t-tahrig li ghandhom biex jikkumbattu t-traffikar tad-droga.

Il-Prim Ministru kien qed jitkellem fi ftuh ta' seminar ta' hmistax-il gurnata f'lukanda f'San Giljan, imtella' mid-Drug Enforcement Unit ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Il-Prim Ministru qal li minkejja l-problemi finanzjarji li sab, il-Gvern pogga bhala prijorita' l-glieda kontra d-droga. Il-Gvern telaq fuq programm ta' pjan fit-tul li se jgib flimkien ghadd ta' persuni u ufficjali interessati li jikkumbattu t-traffikar tad-droga. Dr. Sant qal li l-pjan tal-Gvern ma jinkludix biss ir-rijorganizzazzjoni fil-Korp tal-Pulizija, izda jinkludi wkoll titjib fir-rizorsi umani specjalment fit-tahrig tal-Pulizija. Il-Gvern tela' fuq programm ta' pjan fit-tul biex ikollu aktar successi fil-glieda kontra t-traffikar tad-droga u qal li dan is-seminar huwa wahda mill-inizjattivi mehuda ghal dan il-ghan.

F'dan is-seminar ufficcjali mill-Korp tal-Pulizija se jinghataw tahrig minn ufficcjali tad-Drug Enforcement Administration ta' l-Istati Uniti. u se jiddiskutu maghhom temi konnessi mal-glieda kontra d-droga

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow