Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr. Anton Refalo u l-Ministru tal-Biedja u Sajd, is-Sur Noel Farrugia jiltaqghu mal-Kummissjoni Nazzjonali dwar Biedja u Sajd
Ir-rapport ikkummissjonat mill-Gvern dwar il-biedja u s-sajd fil-gzejjer Maltin ghandu jiffoka wkoll dwar dawn iz-zewg setturi partikolari f'Ghawdex. Ir-rapport qed jithejja mill-Kummissjoni Nazzjonali dwar Biedja u Sajd li llum bdiet ukoll kuntatti mas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u ufficjali nvoluti bil-ghan li jkun hemm gharfien shih tal-problemi u l-potenzjal taz-zewg setturi f'Ghawdex.
Il-laqgha, li saret fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, kienet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo u mill-Ministru tal-Biedja u Sajd is-Sur Noel Farrugia. Dr Anton Refalo qal li l-kuntatti li kienu qed jigu stabbiliti mal-Kummissjoni huma pass importanti lejn tishih ta' zewg setturi - il-biedja u s-sajd- li tilfu hafna mill-importanza li kellhom fl-ekonomija tal-gzira minhabba l-enfasi ta' rizorsi fuq setturi ohra, inkluz it-turizmu.
Dr Refalo qal li llum iz-zewg setturi qed jiffaccjaw diversi problemi, ewlenin fosthom in-nuqqas ta' ilma fis-settur agrikolu. Is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex ihoss li ghaldaqstant it-titjib ta' infrastruttura ghall-ilqugh ta' l-ilma hija ta' prijorita' jekk irid ikun garantit il-futur ta' l-agrikoltura f'Ghawdex.
Il-Ministru Farrugia qal li l-mira tal-Kummissjoni u tal-Gvern hija li sas-sena 2010 is-settur agrikolu lokali jkun aggornat ma' sistemi moderni internazzjonali biex l-istess qasam jipproduci b'mod efficjenti. Huwa qal li wara l-laqghat f'Malta mad-Direttur Generali ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Ikel u l-Agrikoltura, fil-gimghat li gejjin l-istess Organizzazzjoni ghandha taghti l-proposti taghha dwar l-istrategija li jistghu isegwu l-biedja u s-sajd f'Malta.
Il-Ministru Farrugia qal li l-problema ta' ilma ghat-tisqija f'Ghawdex hija reali u stieden lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex u ufficjali tieghu biex izuru l-progett tac-Chadwick Lakes bil-ghan li progetti simili u ohrajn favur it-tishih ta' l-agrikoltura, ikunu estizi wkoll ghal Ghawdex.
It-tahdidiet tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar Biedja u Sajd tkomplew iktar tard ma' ufficjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd f'Ghawdex. Il-Kummissjoni qed tfittex li jkollha informazzjoni wiesa' dwar iz-zewg setturi bil-ghan li tkun tista taghmel ir-rakkomandazzjonijiet mehtiega, fir-rapport finali.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901