Il-Ministru Portelli jzur zewg anzjani li sfrundawlhom is-soqfa bix-xita
Ix-xita holqot problemi serji lil zewg anzjani li bl-ilma li nizel sfrundawlhom xi soqfa fid-djar rispettivi taghhom. Il-Ministru ghad-Djar is-Sur Alfred Portelli dal-ghodu mar izur lil dawn l-anzjani fid-djar taghhom u fissrilhom l-iskemi ta' ghajnuna li l-Ministeru tieghu joffri f'kazi bhal dawn.
L-ewwel zjara tieghu kienet ghand Mikelina Grech, pensjonanta li tghix wahedha fi Triq Lia Haz Zabbar. F'dan il-kaz kien is-saqaf tal-kamra tal-banju li sfronda. Min-naha taghha s-Sinjura Grech ghazlet li tibqa' tghix f'darha. Huwa zar ukoll lis-Sinjura Inez Caligari, armla ta' 81 sena li wkoll tghix wahedha fi Triq Spinola San Giljan, li sfrondalha s-saqaf tal-kcina.
Id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali offra lis-Sinjura Caligari post alternattiv temporanju sakemm isiru t-tiswijiet mehtiega. Il-Ministru fisser lil Grech u lil Caligari l-iskema li d-Dipartiment joffri lill-inkwilini ta' postijiet privati biex isewwu darhom.
Dal-ghodu wkoll is-Sur Portelli mar Wied il-Ghajn fejn segwa x-xoghol estensiv ta' thammil li qieghed isir fil-wied . Dan ix-xoghol li qieghed isir wara snin shah ta' telqa, kien mehtieg urgentement peress li t-terrapien li ngama f'dan il-wied kien qieghed johloq periklu serju ghar-residenti li jghixu f'tarf il-wied li kienu jispiccaw kwazi mgharrqa. Parti minn dan il-progett hija x-xoghol li se jsir fil-pont li jaghti ghal-Bidni, fejn se jitwessghu l-bokok biex l-ilma tal-wied ikun jista' jghaddi b'aktar heffa.
Dan ix-xoghol qieghed isir mit-Taqsima tal-Manutenzjoni tal-Infrastruttura tat-Toroq (storm water systems) tal-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, taht is-supervizjoni tas-Sur Costantino Borg.
Zjara ohra li l-Ministru ghamel dal-ghodu kien fil-Qasam tad-Djar ta' Zonqor, Wied-il-Ghajn, fejn dan l-ahhar sar xoghol ta' thammil u tindif ta' terrapien mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar tal-Ministeru ghad-Djar.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901