Laqgha pubblika dwar l-Isptar f'tal-Qroqq
pr1698
04/09/1997
Nfakkru li se ssir laqgha pubblika fil-Kamra tal-Kumitati fil-bini tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta, ghada, il-Gimgha, 5 ta' Settembru 1997 bejn l-4.00 u s-7.00 ta' filghaxija, li fiha se jigu diskussi l-ghazliet li wasal ghalihom Steering Committee, flimkien ma' konsulenti Maltin u barranin dwar kif ghandu jsir it-tkabbir ta' l-Isptar Generali f'Tal-Qroqq.
Din il-laqgha pubblika se tkun presjeduta mill-Agent Prim Ministru, l-Onor Evarist Bartolo.
Membri tal-pubbliku li fi hsiebhom jattendu huma mfakkra li ghandhom jipprezentaw l-invit tad-dhul fil-bieb.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901