Left arrow Mur Lura

L-Awtorita' ta' l-Ippjanar mitluba tohrog il-permessi ghal tliet sites f'Pembroke

pr1685
Date Icon 03/09/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli llum kompla bil-laqghat tieghu mas-settur privat dwar is-sehem taghhom fit-twettieq tal-programm tal-Gvern ghal bini ta' djar u appartamenti. F'diskors li ghamel il-Ministru dwar il-Progett ta' belt gdida f'Pembroke qal li diga' ntalbu l-permessi ghal tliet sites minghand l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u dalwaqt jintalbu l-permessi ghal tliet sites ohra.

Is-Sur Portelli dal-ghodu iltaqa' ma' delegazzjoni mis-Sotto-Kumitat tal-Barrieri tal-Qawwi fi hdan il-General Retailers and Traders Union li kienet immexxija mis-Sur Vince Farrugia, id-Direttur Generali tal-GRTU. F'din il-laqgha hadu sehem ukoll id-Direttur Generali fil-Ministeru tax-Xoghlijiet, il-Perit Vince Cassar u anke l-Project Manager fi hdan il-Project Team ta' Pembroke, Mr. John Lockerby fost l-ohrajn.

Id-delegazzjoni mill-GRTU pprezentat diversi proposti dwar is-sehem tal-privat f'bini ta' housing. Is-Sur Vince Farrugia qal li s-settur privat huwa lest li jidhol bi hgaru fi progetti ta' housing ghax jemmen li dan ikun ta' beneficcju kemm ghas-settur privat innifsu kif ukoll ghall-Gvern.

Prezenti kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghad-Djar, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, il-Perit Anton Camilleri, Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow