Left arrow Mur Lura

Il-Vici Prim Ministru Dr. George Vella jtemm iz-zjara tieghu fl-Awstralja

pr1660
Date Icon 01/09/1997

Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent nhar il-Gimgha temm iz-zjara tieghu fl-Awstralja.

Matul il-gurnata, it-Tabib Vella kellu laqgha kordjali hafna mal-Gvernatur ta' l-istat ta' Victoria, Sir James Gobbo, li fiha tkellmu fuq hafna suggetti ta' interess komuni. Sir James huwa ta' origini Taljana kif ukoll Kavallier ta' l-Ordni ta' Malta.

Wara l-laqgha Sir James Gobbo dawwar lill-Ministru George Vella u d-delegazzjoni tieghu mal-Palazz tal-Gvernatur.

Laqgha importanti ohra kienet dik li l-Vici Prim Ministru kellu fl-Investment Centre ta' Victoria, fejn iltaqa' ma' l-ufficjali tad-Dipartiment ta' l-Izvilupp ta' l-Istat, u tal-Victorian Employers' Chamber of Commerce and Industry. Din kienet okkazjoni tajba biex iz-zewg nahat jinfurmaw lil xulxin bil-kapacitajiet u l-facilitajiet li ghandhom u li jistghu joffru, u biex esploraw flimkien il-possibilitajiet ta' kooperazzjoni fl-industrija u l-kummerc.

Il-parti socjali tal-programm tal-Gimgha kienet tikkonsisti fit-tqeghid ta' kuruna fuq il-monumentShelter of Peace hdejn ix-Shrine of Remembrance, f'Melbourne u f'laqgha kbira li saret lid-delegazzjoni Maltija fil-Malta Cultural Centre f'Albion, fejn saru diskorsi u sar programm qasir. Ghal din il-laqgha attendew mijiet ta' Maltin, kif ukoll membri mill-Parlament Federali, Parlament ta' l-Istat, il-Mayor, u hafna kunsillieri.

Wara nofs in-nhar, il-Ministru Vella, fl-eghluq iz-zjara tieghu fl-Awstralja, ta konferenza stampa fil-Konsolat ta' Malta li hemm f'Melbourne.

Is-Sibt id-delegazzjoni bdiet iz-zjara ufficjali fir-Repubblika Popolari tac-Cina.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow