Left arrow Go Back

Ftehim bejn Malta u Cipru fil-qasam tat-Turizmu

PR1652
Date Icon 29/08/1997

Gie iffirmat ftehim gdid bejn Malta u Cipru bil-ghan li jissahhu r-relazzjonijiet fil-qasam turistiku bejn iz-zewg paijizi. Dan sar fit-tmiem ta' zjara f'Cipru minn delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru Karmenu Vella u li kienet tinkludi rapprezentanti ta' l-Air Malta, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici.

Wara l-iffirmar, il-Ministri rispettivi tat-Turizmu - dak Ciprijott, Kyriakos Christofi u Karmenu Vella - qablu li Malta u Cipru ghandhom hafna in komuni. Iz-zewg gzejjer jiddependu hafna mit-turizmu u ghalhekk il-Ministri qablu li l-problemi generali li qeghdin jolqtu s-settur turistiku fil-Mediterran, l-aktar fejn jidhol l-ambjent, iridu jigu meghluba bi sforz komuni. Wara kollox, il-pajjizi tal-Mediterran qeghdin kollha jiffaccjaw kompetizzjoni qawwija minn destinazzjonjiet godda fil-Karibew u l-Amerika, fejn qieghed jigi offrut prodott gdid u sabih bi prezz tajjeb.

L-Air Malta ilha ghal xi zmien topera ta' l-anqas zewg titjiriet fil -gimgha bejn Malta u Cipru. Ghalkemm zdied it-traffiku bejn iz-zewg gzejjer, jista' jsir ferm aktar biex jigi zvilluppat dan it-traffiku. Ghaldaqstant, sar ftehim biex jitwaqqaf kumitat ta' esperti bejn iz-zewg nahat biex johorgu b'mizuri konkreti fuq dawn is-suggetti.

Wiehed mill-ghanijiet principali taz-zjara kien li l-esperti Maltin u l-Ministru tat-Turizmu jzuru u jitkellmu fuq progetti ta' zvilupp ambjentali u zvilupp ta' bajjiet, kemm naturali u kemm artificjali, li tant sebbhu lil Cipru f'dawn l-ahhar snin.

Id-delegazzjoni Maltija intlaqghet tant tajjeb li z-zjara bdiet b'laqgha mal-President tar-Repubblika Ciprijotta, l-E.T. Glafcos Clerides u mal-President tal-Kamra tad-Deputati l-E.T. Spyros Kyprianou. L-ufficjali gholja Ciprijotti kollha wrew interess u apprezzament ghall-pozizzjoni li qieghed jiehu l-Gvern Malti dwar is-Suq Komuni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow