Is-Segretarju tal-Kummissjoni ghall-futur tal-Familji jistieden lill-pubbliku jissottometti l-kummenti tieghu
PR1650
29/08/1997
B'referenza ghall-Press Release Nru. 1459 "Titwaqqaf Kummissjoni dwar il-Futur tal-Familji" datata 26 ta' Lulju, 1997 il-pubbliku huwa mfakkar li kull min ghandu taghrif li ghandu x'jaqsam mal-qasam tal-familji f'Malta, il-qaghda u d-diffikultajiet taghhom, huwa mistieden jikteb jew jikkuntattja lis-Segretarju tal-Kummissjoni ghall-Futur tal-Familji, Berga ta' Kastilja, fl-indirizz imsemmi, jew bit-telefon, numru 242560 Ext. 212.
It-taghrif kollu li jasal lill-Kummissjoni jiswa biex il-Kummissjoni jkollha dehra preciza tal-qaghda tal-familji f'Malta u tkun tista' taghti pariri siewja dwar il-ligijiet li ghandhom x'jaqsmu maghha.
It-taghrif jinzamm kunfidenzjali u jsir uzu minnu kif inhu mixtieq minn min iwasslu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901