Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghad-Djar izur mara li ggarfilha s-saqaf

PR1645
Date Icon 28/08/1997

Id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali gie infurmat li ghal habta tal- 11.00 p.m. sfronda saqaf ta' ghorfa li tmiss mal-kamra tas-sodda ta' Georgia Spanjol, mara li tghix wahedha fi Triq il-Kapuccini Haz-Zabbar. Dalghodu il-Ministru ghad-Djar zar lil din il-mara fir-razzett taghha.

Il-Ministru gie mdawwar mar-razzett u ttiehed jara t-tigrif u anke hsarat ohra li hemm fi kmamar ohra tar-razzett. Is-Sur Portelli fissrilha l-ghajnuniet li hemm inkluzi f'ghadd ta' skemi li ghandha l-Awtorita' tad-Djar biex kemm inkwilini u anke sidien ta' proprjetajiet privati jigu mghejjuna jsewwu jew jirrangaw l-abitazzjoni taghhom. Huwa nqeda bl-okkazjoni biex ifakkar lill-pubbliku li d-Dipartimenti li jaqghu taht il-Ministeru tieghu ghandhom hafna skemi ta' ghajnuna.

Huwa fisser li dawn l-iskemi jkopru fost l-ohrajn, sussidju fuq kera ta' residenti ta' postijiet privati u anke tal-Gvern, ghajnuna lill-kerrej biex jixtri d-dar ta' abitazzjoni li tkun tal-privat, sussidju fuq xiri ta' postijiet tal-Gvern u skemi ohra ta' ghajnuna. Dan barra li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jaghmel ukoll kontinwament tiswijiet fil-parti komuni ta' postijiet tal-gvern.

Huwa offrielha wkoll li tinghata post alternattiv temporanju sakemm isiru t-tiswijiet mehtiega fir-razzett taghha. Is-Sinjura Spagnol, li ilha tghix f'dan ir-razzett mit-twelid taghha u anke rabbiet il-familja, irringrazzjat lill-Ministru ghall-interess personali li ha fil-kaz taghha u anke tal-pariri siewja li taha.

Flimkien mal-Ministru fuq il-post marru wkoll ufficjali mill-Ministeru, mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali u anke mill-Awtorita' tad-Djar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow