Left arrow Mur Lura

Sforzi biex tigi salvata l-Malta Gantry Manufacturing Limited

PR1641
Date Icon 28/08/1997

L-awdituri Coopers and Lybrand tal-kumpanija Malta Gantry Manufacturing Ltd (MGML) ghadhom kemm lestew rapport dettaljat fuq ir-rizultati finanzjarji ta' din il-kumpanija sal-31 ta' Dicembru 1996.

L-MGML giet iffurmata fl-1994 u l-gvern ghandu 70% ta' l-ishma taghha. L-MGML ghandha wkoll kumpanija sussidjarja fl-Italja bl-isem ta' Officine Meccaniche Galilco srl (OMG) li tispecjalizza fil-bini ta' krejnijiet kbar ghall-portijiet. L-MGML timpjega 17-il ruh, waqt li l-OMG ghandha 120 impjegat.

L-MGML kienet giet iffurmata biex tiehu numru ta' haddiema mill-Malta Shipbuilding u bihom tahdem il-kuntratt ta' US$ 70 miljun ghall-bini ta' krejnijiet ghall-Freeport ta' Malta. Madankollu l-MGML ghaddiet kwazi l-kuntratt kollu lis-sussidjarja taghha OMG fl-Italja, bir-rizultat li ftit li xejn sar xoghol mill-haddiema Maltin tal-Malta Shipbuilding fuq il-kuntratt tal-Freeport ta' Malta. Il-bicca l-kbira tal-ftit xoghol tal-immuntar tal-krejnijiet li sar f'Malta sar minn kuntrattur privat.

Fis-sena li ghalqet fil-31 ta' Dicembru 1996, l-MGML u l-OMG tilfu bejniethom LM2.3 miljuni. Sa l-istess data l-Gvern Malti kien qed jiggarantixxi d-djun tal-MGML u l-OMG ghal LM10 miljuni. Minkejja li l-OMG mhijiex nieqsa mill-ordnijiet ghall-bini ta' krejnijiet, qed taghmel telf kbir fuq xi ordnijiet li tiehu. Il-bicca l-kbira tat-telf tas-sena l-ohra kien kagunat minn kuntratti kbar li l-kumpanija kellha fil-Freeport tal-Bahamas u ta' Felixstowe fl-Inghilterra.

Minhabba li sew l-MGML u l-OMG kellhom kapital baxx wisq, dawn il-kumpaniji kellhom jistriehu fuq il-kredituri taghhom u fuq il-hlas bil-quddiem li jsir minn min jaghtihom ordnijiet biex setghu ikomplu joperaw. Il-kumpaniji issa ghandhom bzonn ta' kapital gdid u sostanzjali biex ikunu jistghu jkomplu joperaw.

Il-Malta Government Investments Ltd. (MGI) qed tifli s-sitwazzjoni ta' dawn iz-zewg kumpaniji bir-reqqa biex eventwalment tiddeciedi fuq il-futur taghhom. Qed isiru kontinwament attentati biex jinstabu investituri baranin godda biex jaghtu hajja gdida lil dawn il-kumpaniji.

L-MGI ghadha kemm hatret Bord tad-Diretturi gdid ghall-MGML, li ghandu lis-Sur Danny Rosso BA (Hons) (Acct), ACIB, CPA bhala Chairman. Id-Diretturi l-ohra huma Mario Mizzi, Anthony Vella, Joseph Bugeja, u Joseph Pace Ross.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow