Left arrow Go Back

Il-Vici Prim Ministru George Vella f'laqghat ta' livell gholi fil-kapitali Awstraljana Canberra

PR1640
Date Icon 28/08/1997

Id-delegazzjoni li l-Vici Prim Ministru, it-Tabib George Vella, qieghed imexxi fl-Awstralja, il-bierah kellha gurnata impenjattiva hafna, b'diversi laqghat ta' livell gholi fil-kapitali Awstraljana, Canberra.

Wara li pogga kuruna fuq il-qabar ta' l-"Unkown Soldier" fil-Monument tal-Gwerra, it-Tabib Vella pprezenta ghadd ta' kotba fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija, lill-Malta Australia War Memorial Trust f' cerimonja qasira li fiha saru diskorsi dwar ir-rwol li Malta, u l-forzi tal-ANZACS laghbu fid-difiza ta' l-Ewropa.

Matul il-gurnata, il-Ministru Vella kellu laqghat f' Parliament House mad-Deputat Prim Ministru, Mr Tim Fischer, mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Mr Alexander Downer, mal-Ministru tas-Sahha Dr Michael Woolridge, kif ukoll mal-President tas-Senat, Ms Margaret Reid, ma' l-Ispeaker tal-Kamra Mr Bob Halverson, u max-Shadow Minister ta' l-Affarijiet Barranin Mr Laurie Brereton, li kien qieghed ukoll flok il-Kap ta' l-Oppozizzjoni.

F' dawn il-laqghat kollha, specjalment dawk mad-Deputat Prim Ministru u dawk mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, id-diskussjoni kienet fuq kif nistghu ntejbu l-kundizzjonijiet tal-komunita' Maltija fl-Awstralja, fuq ir-relazzjonijiet bilaterali, fuq il-politika barranija u fiskali ta' Malta, kif ukoll fuq kif Malta tista' toffri partnership kummercjali lill-Awstralja fil-Mediterran u kif Malta tista' wkoll tghin lill-Awstralja fir-rapprezentanza taghha diplomatika fil-pajjizi ta' l-Afrika ta' Fuq.

Dawn l-istess hsibijiet gew espressi fid-diskorsi li saru miz-zewg nahat f'ikla, li l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Alexander Downer, ta f'gieh il-Ministru George Vella, f' Parliament House.

Il-bierah ukoll il-Ministru Vella gie milqugh mill-Membru tal-Parlament Federali Mr Paul Zammit, li laqqa' lil-Ministru Vella ma' Membri Parlamentari li se jiffurmaw parti mill-grupp parlamentari Malti Awstraljan, u li kollha ghandhom hafna kostitwenti Maltin fid-Distrett taghhom.

Il-Ministru Vella wiegeb ghal hafna mistoqsijiet li sarulu minn dawn il-membri.

Il-Kummissarju Gholi ta' Malta fl-Awstralja filghaxija ta riceviment f'gieh it-Tabib Vella u d-delegazzjoni tieghu, li ghalih attendew hafna rapprezentanti tal-Korp Diplomatiku u nies distinti ohra minn kull qasam tal-hajja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow