Identifikati mijiet ta' postijiet battala
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, dal-ghodu zar diversi toroq fil-Birgu fejn seta' jara b'ghajnejh il-problema akuta ta' bini battal u mitluq li hemm f'din il-belt storika. Huwa gie mgharraf li hemm mill-inqas mat-300 bieb ta' proprjeta' battala. Il-Ministru li kien akkumpanjat mis-Sindku, is-Sur J.C. Azzopardi, appella lis-sidien ta' dawn il-postijiet battala biex ibieghu jew jikru dawn il-postijiet ghal skop residenzjali.
Is-Sur Portelli dal-ghodu beda z-zjara tieghu fil-Birgu b'laqgha li kellu fil-Bini tal-Kunsill Lokali mas-Sindku u xi kunsillieri. F'diskors li ghamel huwa qal li fil-Birgu l-art ghall-bini hija limitata hafna u ghalhekk huwa essenzjali li l-bini qadim u battal jigi rijabilitat biex jigi wzat ghall-akkomodazzjoni.
Huwa semma li kien hemm 125 applikazzjoni mill-Birgu minn nies li jridu akkomodazzjoni alternattiva. Minn dawn 35 qeghdin jghixu f'postijiet perikoluzi jew sub-standard. Huwa qal ukoll li kien hemm 17 applikazzjoni ohra minn nies mill-Birgu li jridu jixtru l-post mikri lilhom minghand l-Ufficju Kongunt. Barra minnhekk id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li jaqa' taht il-Ministeru ghad-Djar minn Novembru tas-sena l-ohra, wettaq tiswijiet f'madwar 100 post tal-Gvern fil-Birgu.
Is-Sur Portelli qal li l-Ministeru tieghu ghandu progett imhejji biex bini mitluq fi Triq Papa Alessandru fil-Birgu jitwaqqa, biex minfloku jitilghu ghadd ta' appartamenti. Huwa qal li bhalissa qeghdin jergghu isiru l-pjanti peress li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar trid li l-faccata ta' dan il-bini tigi ppreservata. Huwa kompla jghid li l-Ministeru qieghed ifittex postijiet ohra fil-Birgu ghall-istess ghan.
Il-Ministru kompla jghid li minhabba l-iskarsezza kbira ta' art fil-pajjiz, il-Ministeru tieghu qieghed ihejji pjani biex jghollu sular jew tnejn fuq blokki ta' appartamenti tal-Gvern fejn dan jista' jsir u fejn il-blokk jippermetti l-bini ta' lift. Dawn il-lifts ikunu ta' vantagg kbir fejn ikun hemm nies bi bzonnijiet specjali, morda jew anzjani.
Is-Sindku qal li l-popolazzjoni tal-Birgu qeghda tixjih u dan gej mill-fatt li minn 30 zwieg li jsiru f'sena, koppja wahda tibqa' tghix fil-Birgu. Huwa qal li hemm htiega urgenti li postijiet battala jergghu jibdew jigu wzati ghall-akkomodazzjoni.
Il-Ministru stieden lill-Kunsill Lokali biex jaghmillu rapport dwar il-qaghda tal-housing fil-Birgu b'mod specjali dwar il-postijiet battala. Huwa stieden ukoll lill-Kunsill biex jaghmel hidma biex jidentifika s-sidien tal-postijiet battala u anke jistednuhom johorguhom fis-suq. Huwa qal li l-Awtorita' tad-Djar ghandha skemi apposta biex tghin lis-sidien u anke l-inkwilini ta' postijiet privati biex dawn jirrangaw l-postijiet taghhom.
Mal-Ministru Portelli kien hemm id-Direttur tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, il-Perit Anton Camilleri; il-General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, is-Sur Victor Sciberras Grioli, il-Konsulent tieghu, Dr. Stefan Buontempo u l-Assistent Personali, is-Sur Michael Micallef.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901