L-Avukat Edgar Mizzi jaghti l-pariri tieghu dwar il-Car Park tal-Furjana
L-Avukat Mizzi baghat il-pariri tieghu dwar il-kaz tal-Car Park lill-Prim Ministru fit-18 ta' Awissu. F'dawn il-pariri l-Avukat Mizzi jghid li fil-kaz tal-Car Park tal-Furjana, jirrizulta car li l-Gvern precedenti ta bicca art ta' valur sostanzjali lil persuna privata b'cens baxx hafna relattivament ghall-valur ta' l-art u li l-Gvern precedenti ghamel dan minghajr sejha ghall-offerti. L-Avukat Mizzi jghid li l-Gvern m'ghandux jiddisponi minn art tal-poplu minghajr ma jircievi korrespettiv gust u xieraq u li m'ghandux jaghmel pjacir lil dak l-individwu biex dan jaqla' minn fuq il-poplu.
Il-Gvern precedenti kien ghadda rizoluzzjoni mill-Parlament fis-seduti tal-20 u l-21 ta' Mejju, 1991 biex tghaddi l-art tal-Gvern lil Joseph Mizzi tal-Yellow Garage b'cens ta' Lm10,000 fis-sena. Aktar tard is-Sur Joseph Mizzi ghadda l-art tal-Gvern lill-ahwa Hili u lill-ahwa Ellul. Il-kuntratt ma' l-ahwa Hili u l-ahwa Ellul sar f'Novembru 1992. Is-Sur Joseph Mizzi, li originarjament kien inghata l-art ghal Car Park mill-Gvern precedenti f'Novembru 1992 kien biegh l-istess art tal-Gvern lill-ahwa Hili u Ellul ghall-prezz ta' Lm400,000. Meta Mizzi biegh l-art tal-Gvern lis-sidien il-godda lanqas ix-xoghol ta' thaffir ma kien tlesta ghal kollox u meta l-istess Mizzi talab self mill-bank l-ispejjez fit-thaffir kollu kien stmahom fis-somma ta' Lm250,000. Dan ifisser, jghid l-Avukat Mizzi, li anke kieku kien haffer kemm kellu bzonn ihaffer, f'sena u nofs Joseph Mizzi ghamel qliegh ta' madwar Lm250,000 minn fuq il-Gvern.
L-Avukat Mizzi jghid li meta jsiru dawn l-affarijiet u maghhom jizdiedu fatti ohra li juru agevolazzjonijiet insoliti bhal perezempju permess ghal bejgh li johrog fi zmien tlettax-il gurnata, u kostruzzjoni li tithalla titla' aktar milli jmissha, wiehed ma jistax ma jidhollux suspetti li hemm xi haga hazina f'dak li jkun gara.
L-Avukat Mizzi jghid li jkun ahjar li jsir kif kien issuggerixxa l-Partit Laburista f'din l-okkazjoni u anke f'ohrajn, li l-ligi li trazzan id-dritt tal-Gvern li jiddisponi mill-artijiet tal-poplu tigi aggornata fid-dawl ta' dak li gara fl-imghoddi sabiex l-gholi tal-art u bini mill-Gvern isir dejjem aktar trasparenti. B'hekk mhux biss jitnaqqsu l-abbuzi izda jitnaqqsu wkoll l-opportunitajiet ghall-abbuzi.
L-Avukat Mizzi jghid li fil-kaz tal-Car Park u anke fil-kaz tal-Forti Chambrai jirrizulta li hemm suspetti serji ta' abbuz mill-maggoranza parlamentari li kull Gvern wettaq biex jissanzjona l-gholi ta' l-art, kultant art estisa, importanti u anke storika, skond ftehim li l-Gvern ikun innegozja fil-mohbi u ma' persuni privati. Anke meta dan ikun sar bl-aktar mod rett, jibqa' dejjem is-suspett li mhux kollox sar kif imissu; u meta l-kundizzjonijiet huma favorevoli ghall-privat dan is-suspett isir kwazi konvinciment morali.
L-Avukat Mizzi jghid li minn naha l-ohra wahda mill-aktar hwejjeg difficli hija dik li tipprova x'sar hazin u minn min sar. Li tista' tghid huwa biss li ma missux sar dak li sar. Dr. Mizzi jghid li f'dan il-kaz ikun inutli li titwaqqaf kummissjoni biex tinvestiga jekk kienx hemm xi korruzzjoni u f'kaz affermattiva f'hiex kienet tikkonsisti. Biex wiehed jasal ghal dan, xi hadd li jkun ha sehem irid jitkellem; izda qabel ma jigri dan inutli tinvestiga aktar.
Il-Prim Ministru kien talab lill-Avukat Mizzi biex jaghtih pariri dwar ghadd ta' allegazzjonijiet ta' abbuz ta' poter u korruzzjoni li kienu saru qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996. Fost dawn il-kazi kien hemm il-kaz tal-Car Park tal-Furjana. L-Oppozizzjoni Laburista kienet ikkritikat lill-Gvern precedenti li l-art tal-Gvern kienet inghatat minghajr sejha ghall-offerta u b'cens baxx hafna u bil-Car Park l-access ghall-Belt Valletta kien se jigi imkerrah irrimedjabilment.
L-Avukat Mizzi ghadda wkoll il-pariri tieghu dwar l-ghoti b'cens tal-Forti Chambrai. Dawn il-pariri se jigu ippubblikati fil-granet li gejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901