Iccedi triq f'Ghajnsielem
Illum mistennija jibdew xoghlijiet bil-kuntrattur biex fi ftit gimghat ohra jintemm ix-xoghol mehtieg fi Triq San Anton, f'Ghajnsielem. It-triq ilha maghluqa ghat-traffiku ghal dawn l-ahhar gimghat wara li wriet caqliq strutturali. Parti minn din it-triq fil-fatt cediet ghal gol-wied ta' l-Mgarr wara x-xita li ghamlet fi tmiem il-gimgha li ghaddiet.
Id-Dipartiment tat-Toroq fi hdan il-Ministeru tax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, wara li ghamel il-konsultazzjonijiet u ha l-pariri mehtiega, kien diga' hejja d-dokumenti ghall-hrug ta' offerta pubblika li kellha tohrog matul din il-gimgha ghax-xoghlijiet ta' kostruzzjoni u ghall-moghdija ta' servizzi ta' din it-triq.
Immedjatament wara c-cediment tat-triq intalbu kwotazzjonijiet li ghalqu l-bierah, it-Tlieta 26 ta' Awissu, fl-10.00 ta' filghodu. Ix-xoghlijiet mistennija jibdew illum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901