Left arrow Mur Lura

Il-Vici Prim Ministru George Vella f'laqghat dwar il-kummerc bejn Malta u l-Awstralja

PR1628
Date Icon 27/08/1997

Fit-tkomplija taz-zjara li l-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella, qieghed jaghmel l-Awstralja, il-bierah kellu laqgha importanti hafna mal-membri tal-Kamra tal-Kummerc Maltija-Awstraljana f'Sydney.

Ghal din il-laqgha attendew numru kbir ta' persuni, kemm Maltin kif ukoll Awstraljani, minn diversi oqsma tan-negozju. Huma gew indirizzati mill-Ministru Vella u hadu sehem attiv f'diskussjoni li saret wara, dwar il-prospetti u opportunitajiet ta' negozju li jezistu u dawk li jistghu jigu zviluppati bejn Malta u l-Awstralja.

Aktar tard id-delegazzjoni tal-Ministru Vella kienet mistiedna minn State Chamber of Commerce, fil-World Trade Centre, fejn iltaqghu mac-Chief Executive, Katie Lahey u ddiskutew ir-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi fl-oqsma kummercjali.

Laqgha ohra li kellu l-Ministru Vella kienet fl-Environment Protection Authority fejn mad-Direttur Generali, Dr. Neil Sheppard u esperti ohra gew diskussi suggetti marbuta mal-harsien ta' l-Ambjent u b'mod partikolari l-immaniggjar ta' l-iskart.

Filghaxija, id-delegazzjoni marra Canberra fejn mal-wasla taghhom attendew reception mill-Assoccjazzjoni Maltija ta' Canberra u Queanbeyan, li matulha l-Ministru Vella ltaqgha ma' hafna Maltin, u wiegeb ghal hafna mill-mistoqsijiet taghhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow