"Wens fis-Sajf" - Skola ghas-sajf ghal persuni bi bzonnijiet specjali
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, is-Sur Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, kienu mistiedna mill-ghalliema u l-genituri ta' tfal ta' l-Ispecial Unit ta' l-Iskola Primarja ta' Sannat, ghal programm ta' attivita' ta' gewwa fi tmiem 'Wens fis-Sajf'.
L-Iskola Primarja ta' Sannat u l-Iskola Specjali San Miguel ta' St Andrews huma zewg skejjel li organizzaw ghall-ewwel darba skola ghas-sajf ghal persuni bi bzonnijiet specjali. 'Wens fis-Sajf' kien programm success u f'messagg il-Ministru Bartolo rringrazzja lil kull min kien involut fl-organizzazzjoni tal-programm fiz-zewg skejjel, ghall-impenn li ntwera biex tfal bi bzonnijiet specjali jibqghu integrati fis-sistema edukattiva u rikrejattiva anke fix-xhur tas-sajf.
Fil-Unit ta' Sannat, 'Wens fis-Sajf' kien mifrux bejn il-21 ta' Lulju u d-29 ta' Awissu. It-tfal kienu akkumpanjati fost l-ohrajn minn assistenti, studenti universitarji, infermiera, occupational therapist u minn speech therapist. Il-porgramm kien ikkoordinat minn Sean Gannon.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901