Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Joe Mizzi jqassam certifikati lill-partecipanti tal-kors fis-sigurta' ta' l-Avjazzjoni Civili

PR1620
Date Icon 26/08/1997

L-Ufficcju tal-Manager Airport Security, fi hdan it-Taqsima ta' l-Intern fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, qed jiehu inizzjattivi li jizguraw li l-personnel involuti fis-Sigurta' ta' l-Avjazzjoni Civili jkunu mharrga kif mehtieg fil-livelli internazzjonali.

Minn Jannar ta' din is-sena dan l-ufficcju diga organizza numru ta' korsijiet u seminars dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni Civili u li ghalihom attendew 120 ufficjal mill-Forzi Armati ta' Malta, mill-Korp tal-Pulizija, mill-Malta International Airport u mill-Airmalta. Dalghodu f'cerimonja qasira il-Ministru Joe Mizzi, li hu ukoll ic-Chairman tal-Kumitat ta' l-Airport Security, wera l-apprezzament tieghu ghall-interess li l-ufficjali qed jiehdu biex ikomplu jitharrgu fis-Sigurta' ta' l-Ajruport u wara ipprezenta c-certifkati lil dawn l-ufficjali.

Barra minn hekk bejn Settembru u Dicembru ta' din is-sena hemm ippjanat li jsiru 10 korsijiet ohra biex jigu mharrga 160 ufficjal iehor. Mill-aspett prattiku numru iehor ta' ufficjali ha sehem fl-istess perjodu f'hames ezercizzji dwar is-Sigurta' fl-Ajruport. Bis-sahha ta' dawn l-ezercizzji l-ufficjali jkunu jafu x'ghandu jsir f'kaz ta' emergenza, bhal fil-kaz ta' htif ta' ajruplan, evakwazzjoni ta' l-Ajruport, u affarijiet simili.

Hemm ukoll il-hsieb li bl-ghajnuna ta' Gvernijiet barranin, ufficjali Maltin jintbghatu ghall-aktar tahrig barra minn Malta u wara jsiru arrangamenti biex jingiebu Malta esperti barranin biex ihejju korsijiet ghal aktar membri tas-Sigurta' fl-Ajruport.

Dan ix-xoghol kollu tfassal bi pjan ghal meta tigi fis-sehh il-Ligi li qed tithejja dwar is-Sigurta' ta' l-Avjazzjoni Civili.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow