Il-Ministru George Vella jiltaqa' mal-Prim Ministru ta' New South Wales
Il-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George Vella il-bierah kellu laqgha mal-Prim Ministru ta' l-Istat ta' New South Wales, fl-Awstralja, l-Onor. Bob Carr.
Matul il-laqgha li saret fl-ufficju tal-Prim Ministru gew diskussi diversi suggetti fosthom il-politika barranija ta' Malta u r-relazzjonijiet taghha ma' l-Ewropa u l-pajjizi tal-Mediterran, il-problemi konnessi ma' l-ambjent u l-htiega ta' bilanc bejn l-izvilupp industrijali u dak turistiku, kif ukoll il-facilitajiet li ghandha x'toffri Malta fil qasam tat-trasbord, tal-hazna ta' prodotti u qmuh (grains) kif ukoll ta' distrubuzzjoni ta' prodotti, u kif dawn il-facilitajiet jistghu jintuzaw ghal skopijiet ta' kummerc bejn l-Awstralja, l-Mediterran u l-Ewropa.
Ma naqasx li jigi diskuss l-emigrant Malti fl-Awstralja u l-kontribut siewi li l-kommunita' Maltija taghti fil-hajja Awstraljana.
Aktar kmieni l-Vici Prim Ministru kellu laqghat fit-tul mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Tahrig ta' New South Wales, l-Onor. John Aquilina, li twieled Malta, minn genituri Maltin.
Mal-Ministru Aquilina gew diskussi mezzi kif il-Gvern Malti u dak Awstraljan jistghu jahdmu u jikkoperaw biex ma jhallux il-kultura Maltija fl-Awstralja tmut.
Wara l-laqgha mal-Ministru Aquilina, d-delegazzjoni tal-Ministru Vella giet milqugha mill-oghla awtoritajiet tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li spjegaw lill-Ministru kif huma qeghdin jintroducu fl-iskejjel fl-istat ta' New South Wales, il-komputers, u aktar kuxjenza fuq l-ambjent.
Il-Ministru Aquilina ta ikla f'gieh il-Ministru Vella u d-delegazzjoni tieghu, f'Parliament House, li ghaliha kienu mistiedna aktar minn 150 ruh.
Filghaxija, il-Ministru Vella kien il-mistieden ta' l-unur f' riceviment li taw il-Maltese Community Council ta' New South Wales u l-Paramatta Melita Eagles, fil-kumpless tal-Melita Stadium.
Matul il-laqgha saru ghadd ta' mistoqsijiet lill Ministru dwar suggetti li jolqtu fil-qrib il-kommunitajiet Maltin fl-Awstralja.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901