Sentinella tlewwen lic-Cittadella
Gruppi ta' turisti flimkien ma' vizitaturi lokali nhar is-Sibt gawdew xeni mill-isbah u mhux tas-soltu meta saret ghall-ewwel darba il-parata Sentinella fic-Cittadella ta' Ghawdex. Sentinella hija parata minn 24 persuna lebsin kostumi tas-seklu 17 (1630-1650), ispirata minn parati militari ta' zmien il-Gran Mastru Alof de Wignacourt. Il-parata saret fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex bil-koordinazzjoni tal-Kunsill tal-Kultura fi hdan is-Segretarjat u l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiúmu.
Il-parati ser isiru erba' darbiet fil-gimgha, bejn l-Erbgha u s-Sibt, sa Settembru, ghalkemm hemm pjani li Sentinella tissokkta wkoll fix-xhur tax-xitwa.
Fil-jiem tas-Sentinella, l-inhawi tac-Cittadella ser jinghalqu ghal kwalunkwe traffiku privat. Ghalhekk is-Segretarjat ghal Ghawdex haseb biex jintroduci servizz ta' minibus li titlaq mit-terminus tar-Rabat, tghaddi minn Pjazza San Frangisk ghal hdejn l-Isptar Generali, tmur lejn Triq ir-Repubblika ghal Pjazza Sabina u lejn ic-Cittadella. Dan is-servizz tat-trasport jithaddem fil-jiem tas-Sentinella kull nofs siegha bejn it-8.00 ta' filghodu u l-4.00 ta' wara nofs inhar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901