Il-Ministru George Vella jkompli biz-zjara tieghu fl-Awstralja
Id-Deputat Prim Ministru, it-Tabib George Vella u d-delegazzjoni tieghu, komplew biz-zjara taghhom fl-Awstralja. Wara l-laqghat li kellhom fil-belt ta' Adelaide, f'South Australia, nhar is-Sibt li ghadda marru Sydney, fi New South Wales.
Appena waslu Sydney, it-Tabib Vella kellu programm live ta' siegha fuq SBS Radio li fih indirizza l-Maltin, u wiegeb ghal hafna mistoqsijiet li sarulu mis-semmiegha.
Wara nofs in-nhar id-delegazzjoni attendiet cerimonja hdejn il-Monument Malti f'Civic Park, Pendle Hill, fejn attendew hafna Maltin.
F'kelmtejn li ghamel, it-Tabib Vella heggeg lill-Maltin jintegraw sewwa fil-hajja Awstraljana imma jibqghu jikkultivaw dak kollu li huwa Malti.
Il-Ministru Vella zar Dar ta' l-Anzjani fi Blacktown, li hija mmexxijja mis-sorijiet Dumnikani Maltin u tobba Maltin.
Aktar tard id-delegazzjoni Maltija inghatat merhba kbira meta marret fil-La Valette Social Club, fejn attendew mijiet ta' Maltin, semghu diskorsi u wara tkellmu mal-Ministru.
Laqgha ohra kbira minn mijiet kbar ta' Maltin saret fic-centru l-gdid tal-Hamrun Social Centre, f'Marsden Park, Sydney, fejn il-Ministru Vella inawgura c-centru u attenda ghal programm kulturali (li spicca sahansitra big-giggifogu). Ghal din l-okkazjoni attendew l-oghla awtoritajiet, inkluz l-Isqof Kevin Brenner li ghadu kemm gie mahtur Isqof ta' Paramatta, Colin McAlister Deputy Mayor of the City of Blacktown kif ukoll John Aquilina, Ministru ta' l-Edukazzjoni ta' l-istat ta' New South Wales.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901