Left arrow Mur Lura

Wara allegazzjonijiet infondati kontra l-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant ifittex lil Radju 101 ghad-danni

PR1609
Date Icon 23/08/1997

Illum il-Qorti fethet b'urgenza biex il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant ipprezenta kawza ta' libell kontra l-istazzjon tar-Radju 101 dwar allegazzjonijiet infondati li saru fil-konfront tal-Prim Ministru waqt programmi li xxandru fil-granet li ghaddew fuq l-istess stazzjon. Il-Prim Ministru qal li waqt il-programm 101 Sajf, l-editur ta' l-istazzjon Gordon Pisani xandar jew ippermetta li jkun imxandar diskors minn semmiegha anonimi allegazzjonijiet foloz li joffendu l-fama tal-Prim Ministru. Il-Prim Ministru qed jitlob lill-Qorti tikkundanna lil Gordon Pisani jhallas danni sa Lm5,000 skond il-Ligi ta' l-Istampa.

Il-programmi li jirreferi ghalihom il-Prim Ministru xxandru fid-19 u fil-21 ta' dan ix-xahar. Fil-programm tad-19 ta' Awissu, Radio 101 allega li "waqt ikla f'ristorant f'Had-Dingli, il-Prim Ministru xorob, dam rieqed sa l-erbgha ta' filghodu, imbaghad qajmu sid ir-ristorant". Is-semmiegh anonimu kompla jallega fuq Radio 101 li "x'hin qajmu sid ir-ristorant Dr. Alfred Sant tah Lm20 tips" u "li xorob l-inbid ha jorqod, biex jehles mill-problemi".

Fil-programm tal-21 ta' Awissu dawn l-allegazzjonijiet kienu ripetuti u kien allegat li dak in-nhar "minn Had-Dingli sa Birkirkara (il-Prim Ministru) habat tliet darbiet bil-karozza".

Il-Prim Ministru qal li l-allegazzjonijiet imxandra minn Radju 101 huma inveritjeri u infondati.

L-Avukat Pawlu Lia qed jidher ghall-Prim Ministru

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow