Il-Vici Prim Ministru Dr. George Vella jibda l-impenji ufficjali tieghu fl-Awstralja
Il-Vici Prim Ministru Dr. George Vella jibda l-impenji ufficjali tieghu fl-Awstralja
Il-Vici Prim Ministru, it-Tabib George Vella, li qieghed jaghmel zjara fl-Awstralja; il-bierah beda bl-impenji ufficjali tal-programm taz-zjara tieghu.
Kmieni wara nofsinhar il-bierah huwa kellu laqgha mal-Ministru ghall-Edukazzjoni u Servizzi tat-Tfal, Rob Lucas, li kien qieghed jidher flok il-Premier ta' South Australia, fic-Centru ta' l-Edukazzjoni f'Adelaide.
Matul il-laqgha gew ittrattati l-esperjenzi taz-zewg pajjizi dwar l-edukazzjoni terzjarja, u gew ukoll diskussi s-sitwazzjonijiet politici u ekonomici taz-zewg pajjizi, kif ukoll il-facilitajiet li tista' toffri Malta ghan-negozju Awstraljan li jkun sejjer lejn l-Ewropa.
Filghaxija l-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent kellu laqgha sabiha fic-Centru Kulturali Malti, organizzata mill-Komunita' Maltija ta' Adelaide, li fiha saru diskorsi, u anke tpoggew xi mistoqsijiet li rrisponda ghalihom il-Ministru.
Hafna mill-mistoqsijiet kienu jikkoncernaw ic-cittadinanza doppja, u d-drittijiet tal-Maltin ta' l-Awstralja f'Malta.
Il-komunita' Maltija f'Adelaide uriet ix-xewqa ta' aktar zjarat bhal tal-bierah u l-bzonn li jkollhom aktar informazzjoni fuq Malta u dak li jkun ghaddej.
Illum id-delegazzjoni rritornat lejn Sydney.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901