Left arrow Mur Lura

Stqarrija mis-Segretarjat ghall-Kura ta' l-Anzjani

PR1603
Date Icon 22/08/1997

Fil-jiem li ghaddew il-qaghda tax-xjuh fl-Isptar San Vincenz de Paule issemmiet kemm-il darba fl-ahbarijiet. Dan wara l-kazi ta' salmonella li tfaccaw fost xi pazjenti ta' dan l-isptar.

Malli sar jaf b'din is-sitwazzjoni, is-Segretarjat ghall-Kura ta' l-Anzjani mill-ewwel ha passi biex jiskopri l-kawza ta' dawn il-kazi u b'hekk jizgura ruhu li ma jkunx hemm repetizzjoni taghhom.

Indipendentement mill-istharrig li kien qieghed jaghmel, is-Segretarjat ghamilha cara li kien lest jisma' kull ilment u jilqa' kull suggeriment mill-pubbliku biex, b'mod generali, ikompli jtejjeb is-sitwazzjoni tal-pazjenti.

Tul dan il-process is-Segretarjat zamm lilu nnifsu miftuh ghall-Istampa u offra l-ghajnuna tieghu biex il-gurnalisti jkollhom access ghall-fatti kollha kif inhuma. Il-Professur Buhagiar innifsu kien pront iwiegeb direttament, u bl-aktar mod miftuh, ghal kull mistoqsija li saritlu, kemm privatament kif ukoll fuq ix-xandir. Fi kliem iehor, l-Istampa kellha kull opportunità biex tasal ghall-verità tal-fatti.

Minkejja dan, sezzjoni partikolari tal-media tidher li ftit kienet interessata li ssir taf il-verità. Jidher li l-iskop ta' The People u Radio 101, f'dan il-kaz, ma kienx tant li jinfurmaw, izda pjuttost li jwasslu rapporti li, min-natura taghhom, setghu joholqu allarm bla bzonn fost il-poplu.

Dan mhux gurnalizmu serju u zgur ma jghinx biex il-poplu Malti jkollu s-servizz ta' informazzjoni li jixraqlu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow