'Riflessi Sajfin' mill-fondazzjoni O.A.S.I.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo attenda ghas-sitt edizzjoni ta' 'Riflessi Sajfin', festival ta' muzika u kant li jigi organizzat f'Marsalforn mill-Fondazzjoni OASI.
Dr Anton Refalo ferah lill-OASI ghall-inizjattivi taghha u partikolarment ghall-hidma kontinwa taghha favur il-prevenzjoni minn abbuz ta' droga u alkohol u r-rijabilitazzjoni ta' persuni milquta minn dawn il-problemi.
Huwa qal li l-hidma importanti ta' l-OASI ma kinitx tkun possibbli minghajr l-appogg tal-pubbliku u tal-Gvern stess li kull sena jaghti ghotjiet sostanzjali ta' flus biex itaffi l-pizijiet tal-Fondazzjoni. Dr Refalo qal li 'Riflessi Sajfin' turi l-hajja u l-energija li tezisti fl-OASI, u d-dedikazzjoni taghha, b'mod partikolari, lejn iz-zghazagh u t-talenti taghhom.
'Riflessi Sajfin' sar fil-Menqa ta' Marsalforn u gie segwit minn mijiet ta' nies. Fost il-kantanti li hadu sehem din is-sena kien hemm Claudette Pace, Adelina Attard, Mariella Pace Axiaq, u Miriam Christine Borg. Il-programm kien jinkludi wkoll wirja ta' akrobazija mill-Gozo Spirit Combat u zfin minn ballerini tal-Millroom Studio Ballet School.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901