Left arrow Mur Lura

Ippubblikat ir-Rapport tal-Kummissjoni mahtura biex tistudja u taghmel proposti ghat-Twaqqif tal-Qorti tal-Familja

PR1601
Date Icon 22/08/1997

Il-búonn li titwaqqaf Qorti tal-Familja illum jinóass sew. Fuq medja ta' 2200 úwiíijiet fis-sena ðelebrati f'pajjiúna, talbiet góal separazjoni personali qed jiúdiedu kull sena, tant li fl-1995 laóqu madwar 930 bejn il-Prim'Awla u s-Sekond'Awla tal-Qorti Ðivili.

F'kawzi bóal dawn kulóadd jaf illi apparti l-element litiíjuz legali jipprevali óafna l-element soðjali u uman. Mhux biss góaliex il-koppja tgóaddi minn trawma imma minóabba li rridu wkoll nagótu konsiderazzjoni xierqa lill-búonnijiet tat-tfal, u dan fil-kwadru komprensiv ta' x'inhu l-aójar góall-familja hekk milquta. F'dan ir-rigward il-Qorti góalhekk góandha funzjoni soðjali importanti óafna.

Kien góalhekk li l-Gvern Laburista ídid, fl-24 ta' Diðembru 1996, ftit gimgóat biss wara li óa tmexxija f'idejh, óass il-ótiega li jaótar kummissjoni biex tistudja u tagómel proposti góat-twaqqif tal-Qorti tal-Familja. Il-Gvern irid jagóti importanza partikolari lit-tisóió tal-familja Maltija bóala element essenzjali fis-soðjeta' tagóna, u ried li immedjatament jindirizza b'mod serju u effettiv il-problema akuta li tipprevali fil-Qorti fir-rigward tal-kawzi tal-familja.

Góalhekk il-Gvern qed jippubblika ir-Rapport li l-Kummissjoni issottomettiet lill-Gvern, bil-góan illi l-Pubbliku generali u góaqdiet direttament involuti fil-qasam soðjali li jolqot lill-familja u jagómlu l-kummenti u sottomissjonijiet tagóhom, qabel jitóejja l-abbozz tal-liíi tal-Qorti tal-Familja.

IS-SITWAZZJONJI PREZENTI

Sallum kwistjonijiet ðivili matrimonjali, dwar minuri, u oórajn li jolqtu lill-familja huma trattati quddiem is-Sekond'Awla tal-Qorti Ðivili, il-Prim'Awla tal-Qorti Ðivili u mill-Qorti ta' l-Appell fejn hu mogóti d-dritt ta' l-appell.

Is-Sekond'Awla tal-Qorti Ðivili

Is-Sekond'Awla tal-Qorti Ðivili originarjament kienet intiza biss bóala Qorti ta' Íurisdizzjoni Volontarja, pero' biú-úmien, b'emendi fil-liíi, assumiet ukoll funzjonijiet kontenzjuzi. Hekk illum din il-qorti tisma' u tiddeðiedi b'mod preliminari kwistjonijiet dwar manteniment, kustodja u aððess ta' minuri, u min góandu jokkupa d-dar konjugali.

Il-Prim Awla tal-Qorti Ðivili

Il-Prim'Awla tal-Qorti Ðivili, titratta l-kawzi góas-separazzjoni, annullament, leíittimazzjoni ta' minuri, ðaóda ta' paternita', u kawzi dwar stat ðivili, apparti l-kawzi l-oóra li ma góandhomx x'jaqsmu mal-familja. Sa ftit taú-úmien ilu, l-kawúi dwar il-familja kienu jiíu mressqa amministrattivament quddiem l-istess imóallef. Barra minn hekk dawn il-kawúi kienu jinstemgóu fl-awla fl-annexe tal-Qorti fejn tinsab ukoll is-Sekond'Awla. Izda, llum dan l-arraníament twaqqaf u l-kawúi tal-familja effettivament qed jinstemgóu minn tlett imóallfin differenti f'awli differenti.

Kemm is-Sekond'Awla kif ukoll il-Prim'Awla, fil-qadi tal-funzjonijiet tagóhom jinqdew bl-góajnuna ta' esperti, bóal social workers, psikologi u psikjatri, pero' ma teúisti ebda struttura organizzata biex tagóti servizz komprensiv u speðjalizzat b'mod li jiíu mgóarbla l-ótigijiet kollha f'daqqa tal-persuna li teótieg rimedju. Minóabba dan in-nuqqas ta' strutturi u anke minóabba l-volum kbir ta' xogóol, ma jistax jingóata servizz wiesa', effettiv u fil-óin. Dan iwassal biex kwistjonijiet li min-natura tagóhom jeótiegu soluzzjoni ta' malajr, jitwalu u jkarkru bir-rizultat li jintilfu opportunitajiet ta' rikonðiljazzjoni u titkattar il-ósara bejn il-koppji u t-tfal.

Il-Gvern irid li bit-twaqqif tal-Qorti tal-Familja:

(i) dawn il-kawúi jingóataw l-attenzjoni xierqa li jistóoqqilhom mill-aspetti soðjali, b'enfasi ghal aktar góajnuna professjonali góar-rikonðiljazzjoni u l-medjazzjoni;

(ii) il-Qorti jkollha assistenza professjonali addetta magóha biex tkun f'qagóda aójar li tasal góad-deðizjoni tagóha;

(iii) jitóares b'mod aójar u aktar effettiv l-interess tal-minuri;

(iv) jinqata' d-duplikazzjoni ta' xogóol bejn is-Sekond'Awla u l-Prim'Awla;

(v) jigi evitat id-dewmien bla búonn bejn l-awtorizzazzjoni tas-Sekond'Awla u l-bidu tal-kawúa quddiem il-Prim'Awla;

(vi) jinqata' d-dewmien bla búonn fil-íbir tal-provi;

(vii) l-istrutturi kollha tal-Qorti jiníabru f'post wieóed, kemm góall-kumdita' tal-pubbliku kif ukoll biex il-qorti stess ikollha kontroll akbar fuq ix-xogóol tagóha; u

(viii) kemm jista' jkun, il-proðedura u l-aððess góall-Qorti jiíu simplifikati.

IL-QORTI TAL-FAMILJA

Bit-twaqqif tal-Qorti tal-Familja ser tinóoloq struttura waóda li tassorbi l-funzjonijiet li sallum jitwettqu mis-Sekond'Awla u mill-Prim'Awla tal-Qorti Ðivili. Barra minn hekk il-Qorti tingóata fi ódanha u taót il-kontroll tagóha góajnuna ta' esperti specjalisti f'oqsma meótieía fit-trattament ta' problemi familjari, matrimonjali u dwar it-tfal, bóal counsellors, psikjatri u assistenti soðjali. B'hekk il-Qorti tal-Familja tkun tista' titratta l-kwistjonijiet kollha dwar il-familja b'mod aktar professjonali u komprensiv, u billi tingóata importanza ugwali lill-aspett soðjali jew terapewtiku daqskemm l-aspett legali.

Il-benefiððji ta' Qorti tal-Familja waóda li taqdi l-funzjonijiet kollha fi kwistjonijiet li jolqtu lill-familja jinkludu:-

titjib fis-servizz li jingóata lill-familja, kemm individwalment kif ukoll fuq baúi globali, sew mill-Qorti u sew fil-qasam soðjali; dan ifisser ukoll illi jingóata iújed óin u góajnuna lill-koppja biex jekk ikun possibbli jaslu góal rikonðiljazzjoni;

assessment iújed íust u ekwu góall-búonnijiet u d-drittijiet tat-tfal;

tqassim aójar ta' kawúi u óin góall-íudikant;

l-góoti ta' góajnuna u taórig aktar adegwat lill-istaff tal-Qorti;

kundizzjonijiet li jiffaðilitaw iújed l-effiðjenza, il-óila u d-dedikazzjoni ta' l-avukati li jixtiequ jtejbu l-prattika professjonali tagóhom fil-qasam;

tisóió u tifsir kif jixraq lill-pubbliku íenerali dwar il-Qorti tal-Familja, kemm góal dak li góandu x'jaqsam mas-servizz mogóti mill-Qorti, u wkoll góal dak li góandu x'jaqsam mal-mod kif jitmexxa l-proðess quddiemha; u

riúultati poúittivi góall-futur (long-term), permezz ta' familji iktar stabbli b'inqas riperkussjonijiet fuq is-sistema tal-Welfare (ez. pagamenti tal-manteniment fil-pendenza ta' ftehim bejn il-konjugi); fuq l-ekonomija (ez. inqas íranet ta' xogóol moólija); u fuq is-soðjeta' (eú. impenn mediku góan-nies li jbatu mid-dipressjoni u stress assoððjat ma' problemi familjari, talbiet góall-akkommodazzjoni soðjali eðð.).

Góaldaqstant ir-Rapport tal-Kummissjoni qed jkun ippubblikat, u kull persuna u entita li góandha interess tista' tikseb kopja mill-Ministeru tal-Íustizzja u Kunsilli Lokali, Dar Catalunya, Triq Marsamxett, Valletta.

Is-sottomissjonijiet magómula góandhom jintbagótu lill-istess Ministeru indirizzati lis-segretarju tal-Kummissjoni is-Sur Joe Church.

Min jixtieq aktar informazzjoni huwa mitlub iðempel fuq in-numri tat-telefon 244041/5, u jistaqsi góas-Sur Joe Church.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow