Left arrow Mur Lura

SENTINELLA: Minn ghada fic-Cittadella

PR1599
Date Icon 22/08/1997

Is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex ghandu l-pjacir ihabbar il-bidu tas-Sentinella fic-Cittadella ta' Ghawdex. Sentinella hija parata minn 24 persuna lebsin kostumi tas-seklu 17 (1630-1650), ispirata minn parati militari ta' zmien il-Gran Mastru Alof de Wignacourt. Huwa l-ghan tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex li c-Cittadella tinghata l-hajja permezz ta' din l-inizjattiva bi gwardji fil-misrah u madwar is-swar u li joholqu atmosfera iktar awtentika fl-inhawi tal-Belt l-antika.

L-inawgurazzjoni tas-Sentinella ser issir ghada s-Sibt, it-23 ta' Awissu, fil-11.00 ta' filghodu, fil-misrah tac-Cittadella. Il-parati se jsiru erba' darbiet fil-gimgha, bejn l-Erbgha u s-Sibt. Il-gwardji jimmarcjaw kuljum mill-misrah tac-Cittadella lejn Pjazza Indipendenza u Pjazza San Gorg, qabel jiehdu mill-gdid posthom f'postijiet strategici tac-Cittadella.

Fil-jiem tas-Sentinella, l-inhawi tac-Cittadella ser jinghalqu ghal kwalunkwe traffiku privat. Ghalhekk is-Segretarjat ghal Ghawdex haseb biex jintroduci servizz ta' minibus, li titlaq mit-terminus tar-Rabat, tghaddi minn Pjazza San Frangisk ghal hdejn l-Isptar Generali, tmur lejn Triq ir-Repubblika ghal Pjazza Sabina u lejn ic-Cittadella.

Dan is-servizz, li huwa b'xejn ghall-pubbliku, ser jibda jahdem minn ghada, it-23 ta' Awissu 1997 sat-30 ta' Settembru li gej, kull nofs siegha bejn it-8.00 ta' filghodu u l-4.00 ta' wara nofs inhar, bejn l-Erbgha u s-Sibt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow