Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Karmenu Vella lura Malta minn zjara fil-Germanja

PR1597
Date Icon 22/08/1997

Il-Ministru ghat-Turizmu, il-Perit Karmenu Vella, wasal lura mill-Germanja fejn mar ghal laqghat ma' operaturi turistici li ghal dawn l-ahhar snin kienu naqqsu t-turisti taghhom lejn Malta.

Il-Ministru Vella spjega l-politika l-gdida tal-Gvern fit-turizmu, il-qaghda prezenti u l-miri ghas-snin li gejjin.

L-operaturi Germanizi urew is-sodisfazzjon taghhom ghat-titjib li sar fil-prodott f'dawn l-ahhar xhur u sostnew li bi ftit iktar sforz ma jarawx ghalfejn m'ghandux ikun hemm zieda ta' turisti mis-swieq Germanizi.

Jakkumpanjaw lill-Ministru Vella kien hemm ufficjali tal-NTOM u tal-Air Malta.

Ta' min isemmi li fl-ewwel seba' xhur tas-sena kien hemm zieda sostanzjali mis-suq Germaniz.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow