L-Awtorita tad-Djar tircievi 1089 applikazzjoni ghall-Postijiet tal-Gvern
L-Awtorita' tad-Djar irceviet 1,089 applikazzjoni ghall-appartamenti u maisonettes li harget dan l-ahhar. Dawn l-applikazzjonijiet bhalissa qeghdin jigu processati ghall-validita' taghhom. Immedjatament wara jibdew jinghataw il-punti li jservu biex jinghazlu dawk li jkunu se jinghataw post. B'kollox f'dan l-avviz hargu ghall-bejgh 50 maisonette gebel u saqaf u 24 appartament lesti. Hargu wkoll ghadd ta' garaxxijiet.
Skond il-figuri li harget l-Awtorita' tad-Djar, jidher li applikaw 875 koppja ta' gharajjes. Applikaw ukoll 134 persuna li ddikjaraw li qeghdin jghixu ma' ohrajn fl-istess dar. 63 applikazzjoni intefghu minn applikanti li qeghdin jghixu fi djar sub-standard jew perikoluzi. Disa' applikanti ohra ddikjaraw li kellhom mill-inqas membru fil-familja b'xi dizabilita'. Kien hemm erba' applikanti li qeghdin jghixu fi djar sub-standard u ghandhom ukoll xi membru tal-familja b'dizabilita' u zewg applikanti li qeghdin jghixu ma' haddiehor u ghandhom ukoll persuna b'dizabilita'.
Mal-hrug ta' dawn il-postijiet kien hemm pakkett ta' mizuri li gew introdotti ghall-ewwel darba, li jolqtu s-self li se jkun aktar agevolat, il-klassifikazzjoni ta' l-applikanti u s-sistema tal-punti. Dan il-pakkett ta' titjib gie ntrodott fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli.
Din id-darba, barra l-koppji gharajjes, setghu japplikaw persuni li qed jghixu f'certu tbatija. Fost il-mizuri li gew introdotti din id-darba hemm li, f'kaz ta' maisonette dak li jkun jista' jissellef sa 90 fil-mija tal-prezz sussidjat u dan is-self se jkun jista' jithallas lura fi zmien 30 sena u mhux 25 sena kif kien qabel.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901