Left arrow Mur Lura

Stqarrija tal-Ministeru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija dwar il-Liberalizzazzjoni ta' l-Industrija tal-Casino

PR1585
Date Icon 21/08/1997

F'diversi gazetti dehru rapporti dwar il-futur tal-Casino tad-Dragonara li mhumiex korretti u ma jirriflettux il-politika tal-Gvern f'dan ir-rigward. Wara li harget il-White Paper 'Proposti Godda ghall-Industrija tal-Casino f'Malta', il-MIMCOL irceviet diversi kummenti minn partijiet interessati. Dawn is-suggerimenti gew analizzati u tressqu ghall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett.

Il-Gvern issa ddecieda fuq il-politika tieghu rigward il-liberalizzazzjoni ta' l-industrija tal-Casino f'Malta. Il-qofol ta' din il-politika hija din:

    1. Ghandhom johorgu zewg (2) licenzji godda ghal casinos f'Malta u Ghawdex, minbarra l-licenzja li digà ghandha l-Casma Ltd ghall-Casino tad-Dragonara;

    2. Il-Gvern ser jibqa' s-sid ta' Casma Ltd u ser izomm l-impjegati kollha prezenti taht l-istess kundizzjonijiet ta' xoghol li ghandhom;

    3. Casma Ltd ser taghti b' kuntratt it-tmexxija tal-Casino tad-Dragonara lil operatur internazzjonali wara sejha pubblika ghal offerti. L-operatur maghzul izomm il-beneficcji u ir-riskji ta' l-operazzjoni tal-Casino.

    4. Il-licenzji ghaz-zewg casinos godda f'Malta u Ghawdex jinghataw wara sejha pubblika ghal offerti minghand lukandi lokali five-star jew four star b' gold rating.

    5. L-eta' tal-Maltin li jidhlu fil-Casino ser tibqa' ta' 25 sena.


Matul il-granet li gejjin ser johorgu zewg dokumenti bl-isem "Sejha ghal Proposti" - wahda ghall-operazzjoni tal-Casino tad-Dragonara u l-ohra ghall-licenzji ghal casinos godda. Ser jinhatar ukoll kumitat ta' ghazla li jaghmel rakkomandazzjonijiet lill-Kabinett dwar l-ghazla finali. Dawn l-izviluppi mistennija jsahhu l-facilitajiet offruti lit-turisti f'Malta u joholqu aktar attivita ekonomika.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow