L-Iskema dwar il-V.A.T. tad-Dipartiment tad-Djar estiza
PR1582
20/08/1997
Id-Direttur ghall-Akkomodazzjoni Socjali se jerga' jiftah l-applikazzjonijiet taht l-Iskema ta' Sussidji fuq it-Taxxa tal-Valur Mizjud (VAT) li kienu ghalqu fl-24 ta' Lulju 1997. Dawk li ma lahqux applikaw ghal din l-iskema issa se jkunu jistghu jaghmlu dan bejn l-1 ta' Settembru u t-30 ta' Settembru 1997.
Dan qieghed isir peress li kien hemm ghadd ta' persuni li ma lahqux applikaw minhabba ragunijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom. Id-Direttur jaghmilha cara li din l-estensjoni hija finali u ma jigu accettati ebda applikazzjonijiet ohra wara nofsinhar ta' nhar it-Tlieta, t-30 ta' Settembru 1997. Dawk interessati ghandhom japplikaw kemm jista' jkun malajr.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901