Bdil ta' main ta' l-ilma fi Psaila Street - Progett iehor mill-WSC
Bdil ta' "main" ta' l-ilma fi Psaila Street - Progett iehor mill-WSC
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma ser tibdel il-main maghruf bhala ta' Psaila Street minn H'Attard sal-Hamrun, tul ta' 7 kilometri. Dan il-projett kbir mistenni jibda jitwettaq din is-sena.
Ghal dan il-ghan il-Korporazzjoni permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratturi harget sejha pubblika li qed tixxandar fil-gurnali u fil-Gazzetta tal-Gvern, sabiex il-kuntratturi li jispecjalizzaw fil-progett ta' thaffir ta' trinek jikkompetu ghat-tender tax-xoghlijiet mehtiega. Din it-tender taghlaq fit-28 ta' dan ix-xahar.
In-nefqa ta' dan il-progett ser tkun madwar nofs miljun lira u ser jintuzaw pajpijiet li l-wisa' se tvarja minn 80 sa 600 millimetru. L-istess pajpijiet ser ikunu tat-tip ductle iron u cement lined sabiex b'hekk jigi assigurat titjieb fil-kwalita u l-provvista ta' l-ilma u jigi evitat li jitrabba' s-sadid kif jigri f'mains tal-hadid.
Huwa ppjanat li l-progett jitlesta fi zmien sitt xhur u jinqasam f'fazijiet ta' kilometru, tul li fih ix-xoghlijiet ta' thaffir ta' trinek, installazzjoni ta' mejnijiet u r-reinstatement tat-toroq u tal-bankini jitlestew sakemm isir il-kilometru ta' wara. B'hekk dan il-progett ser jitwettaq progressivament sabiex jigi minimizzat l-inkonvenjent lir-residenti u t-tmexxija tat-traffiku.
Ir-rotta ta' din il-linja tal-main ser tghaddi mil-lokalita ta' H'Attard, minn Triq Santa Katerina, Triq l-Ghenba, Triq Gianni Portelli, Triq il-Gonna, Triq Birkirkara, Triq il-Linja, Triq Envin Grima u Triq Mdina; mill-lokalita ta' Balzan, minn Triq San Frangisk; mill-lokalitaa ta' Birkirkara, Triq Bontadini, Triq il-Knisja il-Qadima, Triq F. Zahra, Triq Karm Galea, Triq F. Busuttil, Misrah 28 ta' Frar, Triq Qormi, Triq Salvu Psaila, Triq il-Harrub; mill-lokalita ta' Santa Venera, Triq il-Kappillan Mifsud u mill-Lokalita tal-Hamrun, Triq id-Duluri u Triq Schembri.
Dan il-main principali li minnu titqassam id-distribuzzjoni ta' l-ilma lejn Birkirkara, il-Hamrun, St. Venera, il-Marsa, Gwardamangia, il-Pieta, Ta' Xbiex, parti mill-Imsida, Balzan, l-Imriehel u parti minn Attard jinsab f'kundizzjoni ta' deterjorazzjoni. Illum stess zviluppat hsara fl-inhawi tal-gnien ta' San Anton. F'dan l-ahhar xahar din kienet ir-raba' hsara li fegget f'diversi posizzjonijiet tar-rotta ta' dan il-mejn f'Birkirkara, Attard, St. Venera u Balzan.
F'kaz ta' diffikultajiet il-konsumaturi jistghu jcemplu lis-sezzjoni Customer Care fuq in-numru 157.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901