Left arrow Go Back

Stqarrija tal-Ministeru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali

PR1574
Date Icon 19/08/1997

B'riferenza ghall-artiklu 'Ic-Cittadin Ingannat' (Il-Mument, 17 ta' Awissu 1997) irid jinghad:

Dan l-artiklu jaghmel referenza ghall-gbir ta' multi mhux imhallsa u, indirettament, iheggeg lil min kiser il-ligi biex il-multa ma jhallashiex.

Kien ikun ahjar kieku il-Mument jispjega:

1. kif, fiz-zmien l-Amministrazzjoni precendenti, inholqu arretrati ta' aktar minn Lm2.5 miljun f'multi.

2. ghaliex, minkejja li l-Awditur kien jigbed l-attenzjoni ta' l-Amministrazzjoni precedenti ghal dan, qatt ma sar xejn amministrattivament biex is-sitwazzjoni tigi korretta.

Jaqbel jew ma jaqbilx il-Mument li

1. il-multi dovuti ghandhom jithallsu?

2. tithalla sitwazzjoni fejn il-ksur tal-ligijiet u r-regolamenti huma permessi?

3. ir-rispett tal-buon ordni ghandu jirbah fuq il-ligi tal-gungla?

Il-fatti tal-kaz huma dawn:

1. L-ammont enormi ta' arretrati ta' multi li huma dovuti jridu jingabru. Ghalhekk qed isir sforz partikulari biex id-Dipartiment jaggorna ruhu f'dan il-process. Ta' min jghid li l-isforz li sar irnexxa sew, tant li qed jingabru bejn Lm3000 u Lm4000 kuljum. Il-Gvern behsiebu jibqa' jigbor, minghajr telf ta' zmien, dak li huwa dovut lillu.

2. Il-procedura addottata hija dik stabbilita bil-ligi tant li sitt avukati u madwar ghoxrin Deputat Registratur, flimkien ma' ghadd ta' skrivani, huma nvoluti fil-process. Ta' min jinnota li riedu jinhargu eluf ta' ittri u ghalhekk ittiehdu mizuri amministrattivi biex din is-sitwazzjoni tigi ndirizzata b'urgenza.

3. It-taxxa mposta ghall-hrug ta' ittri ufficjali hija bir-rata antika ta' Lm2.85, u mhux dik kif mibdula mill-Gvern precendenti, ta' Lm6.85.

Il-Gvern Laburista wieghed tmexxija serja u moderna u l-process ta' gbir ta' multi dovuti ghandu jirrifletti t-twettiq ta' din il-weghda. Oqsma ohra fl-amministrazzjoni tal-Qorti, qed jigu attivament indirizzati biex isir it-tibdil u ameljorament mehtieg ghall-servizz ahjar tac-cittadin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow