Assistenza Finanzjarja ghal Ghaqdiet Volontarji-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi
Organizzazzjonijiet mhux Governattivi f'Ghawdex, li qed iwettqu hidma volontarja fl-oqsma socjali u kulturali tal-gzira, jistghu japplikaw biex jippartecipaw fi skema specjali ta' assistenza finanzjarja ghal din is-sena, imnedija mis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Din l-ghanjuna, li ma taqbizx il-Lm500 ghal kull organizzazzjoni li tintghazel, tinghata b'appogg ghall-hidma li l-istess organizzazzjonijiet ikunu qed iwettqu. Id-decizjoni tas-Segretarju Permanenti dwar l-ghaqdiet li ghandhom jinghataw l-ghajnuna, u l-ghajnuna li tinghata, hija finali. Tinghata preferenza lil proposti li huma ta' prijorita' ghas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
L-ghan ewlieni ta' l-iskema hu li jsahhah qafas socjali f'Ghawdex permezz tal-hidma ta' l-Ghaqdiet Volontarji Ghawdxin. Jigu kkunsdrati fost l-ohrajn progetti ta' infrastruttura, manutenzjoni ta' infrastruttura, xiri ta' taghmir kif ukoll programmi u attivitajiet li jgibu 'l quddiem l-izvilupp tar-rizorsi umani.
Ghaqdiet volontarji li jahdmu f'Ghawdex jistghu jiehdu applikazzjonijiet ghal din l-iskema ta' ghajnuna mis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Dawn l-applikazzjonijiet jintlaqghu primarjament mis-Segretarju Permanenti fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex sa mhux aktar tard minn nofs inhar ta' nhar il-Gimgha, 5 ta' Settembru 1997.
Ghaqdiet interessati jistghu jcemplu fuq 561482 ghal iktar informazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901