Left arrow Mur Lura

Stqarrija mill-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni

PR1555
Date Icon 14/08/1997

B'referenza ghar-rapport li deher fil-gazzetta "In-Nazzjon" ta' l-Erbgha, 13 t'Awissu 1997 taht it-titlu "Bajjiet Imniggsa bid-Drenagg", il-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, jixtieq javza li fi Triq ix-Xitwa u Triq Sant' Antnin, Bugibba, ma kien hemm l-ebda hsara fis-sistema tad-drenagg. Il-hsara li kien hemm kienet biss f'pajp ta' l-ilma tax-xorb. Il-Ministeru jfakkar li fit-toroq kollha li tlestew f'Bugibba s-servizz tad-drenagg ta' taht it-triq gie kollu upgraded u ghalhekk l-allegazzjoni li dehret fir-rapport tal-gazzetta "In-Nazzjon" li "l-gvern imissu ma llimitax ix-xoghol biss ghal wicc il-ghajn" hija kollha infondata. Sew it-toroq principali, kif ukoll it-toroq sekondarji li jaqghu taht l-ewwel fazi tal-progett ta' Bugibba ghandhom is-servizzi kollha ta' taht l-art fi stat tajjeb.

Rigward il-fawran fil-Qawra, dan kien dovut ghal hsara fil-Pumping Station ta' Kennedy Grove fi tmiem il-gimgha li ghaddiet. Ta' min jghid li x-xoghol ta' tindif fuq il-main matul il-kosta tal-Qawra, ghadu ghaddej. Dan sabiex jitnaddaf mix-xahmijiet u materjal iehor.

Rigward il-Bajja tax-Xemxija, il-Ministeru jfakkar li x-xoghol mill-amministrazzjoni ta' qabel f'dawn l-inhawi kien limitat biss ghal-Pumping Station tal-Pwales. Il-problema li tezisti hija li l-main ezistenti ma nbidilx u mhux kbir bizzejjed biex ilahhaq mal-kwantita' ta' drenagg li jkun ghaddej specjalment fis-sajf.

Bhalissa qed jigi progettat pjan ta' xoghol fuq it-transmission main mill-Pumping Station lejn ic-Cumnija, limiti tal-Mellieha, biex b'hekk tissolva l-problema minghajr ma ssir hsara ambjentali.

Sadanittant id-Dipartiment ghaddej b'xoghlijiet estensivi sabiex jigi evitat li d-drenagg imur fil-bahar

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow