Stqarrija mill-Ministeru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni
B'riferenza ghal dak li ntqal f'xi rapporti fil-media rigward fawran ta' drenagg gewwa x-Xghajra, irid jinghad li dan gara minhabba hruq li sehh fil-25 ta' Lulju, fl-apparat ta' l-EneMalta li jissupplixxi l-elettriku lill-pumping station ta' Wied Ghammieq. Kawza ta' dan il-hruq, apparti l-hsara li saret fl-apparat ta' l-EneMalta, saret hsara konsiderevoli wkoll f'wahda mill-pompi tal-pumping station.
Fis-26 ta' Lulju, l-hsara fuq l-apparat ta' l-EneMalta giet irrangata u l-pompi u l-Archimedean Screw Pump regghu bdew jahdmu. Il-pompa li garrbet hsarat konsiderevoli tnehhiet mill-post sabiex tigi rrangata. Ix-xoghol fuq din il-pompa issa tlesta u mistennija li terga tibda tahdem illum, 11 t'Awissu 1997.
Minhabba li bejn il-25 ta' Lulju u l-11 t'Awissu wahda mill-pompi ma kienetx qieghda tahdem, il-pumping station ta' Wied Ghammieq ma kienetx qieghda tlahhaq mal-volum ta' drenagg bil-konsegwenza li jista' jkun li kien hemm xi overflow. Issa li l-pompi gew irrangati s-sitwazzjoni mistennija tigi lura ghan-normal u li l-overflow ta' drenagg li seta kien hemm jieqaf immedjatament.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901