Left arrow Mur Lura

Jithejja rapport dwar il-progett tal-Housing ta' l-Imtarfa

PR1540
Date Icon 11/08/1997

Il-Kumitat tal-Progett tal-Housing ta' l-Imtarfa fi hdan l-Awtorita' tad-Djar, bhalissa qieghed jistudja rapport li sar minn l-Assocjazzjoni Residenti Imtarfa, fuq talba ta' l-istess Kumitat. Dan ir-rapport gie pprezentat ufficjalment f'laqgha li saret dan l-ahhar, bejn delegazzjoni mill-Assocjazzjoni u l-Membri tal-Kumitat.

F'din il-laqgha c-Chairperson tal-Kumitat, Dr. Stefan Buontempo wara li izza hajr u wera l-apprezzament tieghu ghal dan ir-rapport, qal li rapporti bhal dawn huma mehtiega biex l-Awtorita' tad-Djar, li ghandha r-responsabbilta' ta' dan il-lokal, tkun tista' tippjana l-hidma taghha ghall-gejjieni. Huwa qal ukoll li wara li l-Kumitat tieghu jkun gharbel u studja bir-reqqa dan ir-rapport, se ssir laqgha ohra bejn il-Kumitat tieghu u l-Assocjazzjoni bil-partecipazzjoni wkoll tal-Kunsill Lokali tar-Rabat biex jitfassal pjan ghat-twettieq tal-punti li fuqhom ikun sar qbil.

Dan ir-rapport kien sar fuq talba tal-Kumitat fl-ewwel laqgha li kienet saret ma' din l-Assocjazzjoni ftit wara l-hatra tieghu. Dan il-Kumitat kien twaqqaf fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli.

Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar u Segretarju Generali tal-Kumitat u l-Perit Sandra Magro, membru. Ghall-Assocjazzjoni kien hemm il-President, is-Sur Dione Schembri, is-Segretarju, is-Sur Lino Busuttil u s-Sinjura Fenech, membru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow