Ippubblikata White Paper dwar Ligi Gdida ghal Korp tal-Pulizija
Il-Prim Ministru Dr Alfred Sant illum ippubblika White Paper li tipproponi liíi ídida dwar il-Korp tal-Pulizija. Din il-White Paper íiet imnedija llum waqt Konferenza Stampa fl-Uffiððju tal-Prim Ministru fil-Bería ta' Kastilja.
Dan l-abbozz, imsejjaó "il-Kodiði tal-Pulizija" huwa parti importanti mill-eúerðizzju æall-modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija li tnieda mill-Gvern aktar kmieni din is-sena. Liíi moderna li tóares lejn il-pulizija bóala l-óabib li ssibu kull meta jkollok búonnu.
Óafna mill-proðeduri tal-Pulizija huma sal-lum ibbaúati fuq prattika li tnisslet u ntirtet fuq medda twila ta' úmien - issa qed jiíi propost li s-setæat u d-dmirijiet tal-Pulizija jkunu pprovduti b'liíi b'mod l-aktar ðar u trasparenti. B'hekk jinóoloq bilanð bejn kif il-Pulizija jeúerðitaw is-setæat taæhom u l-limitazzjonijiet ta' dawk is-setæat biex jitóarsu d-drittijiet tað-ðittadin.
Æal dan il-æan se jitwaqqaf Bord tal-Pulizija li jisma' kemm l-allegazzjonijiet tað-ðittadin dwar trattament óaúin mill-Pulizija kif ukoll lil dawk il-membri tal-pulizija li jóossu li jkunu íarrbu iníustizzja fil-Korp. Dan il-Bord jirrapporta lill Kumitat tal-Parlament u b'hekk tkun assigurata s-sorveljanza popolari.
Se tidóol ukoll sistema ta' Maíistrati Inkwerenti differenti minn kif teúisti llum. Il-funzjoni taæhom tkun li jiggarantixxu li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija jsiru b'mod íust. Æalhekk filwaqt li dawn ikunu l-æassiesa legali indipendenti tað-ðittadin, ióarsu lill-Pulizija minn allegazzjonijiet bla baúi.
Mil-liíi dwar is-servizzi tas-sigurta` li se tiíi revokata, se jinúammu dawk l-aspetti tekniði li huma meótieía fl-investigazzjoni u fil-prevenzjoni ta' kaúijiet kriminali serji; iúda dawn se jidólu fil-liíi l-ídida b'ðerti limitazzjonijiet.
Fit-tkomplija tal-ílieda kontra l-kriminalita` serja jew organizzata se jitwettaq programm æall-protezzjoni ta' xhieda li jkunu mbeúúa' li jiíu 'l quddiem biex jixhdu. Din hija sistema differenti mill-Proklama tal-President æall-maófra.
Dawn huma ftit mill-prinðipji íodda li qed jiíu proposti; hemm óafna dispoúizzjonijiet oóra li huma maósuba li jkomplu jsaóóu s-sistema taæna bóal regoli dwar l-interrogazzjonijiet, investigazzjonijiet xjentifiði, koperazzjoni mal-Kunsilli Lokali, l-Assoðjazzjoni tal-Pulizija u kuntistabbli ta' riúerva. Iúda l-leíislazzjoni waóedha mhux biúúejjed. Jinótieí ukoll is-sehem parteðipattiv kemm tal-membri tal-pulizija kif ukoll tal-pubbliku in íenerali.
Kull min jixtieq jaæmel xi kummenti jew joffri suííerimenti dwar il-proposti tal-White Paper huwa mistieden li jikkomunika mal-Project Office tal-Programm ta' Modernizzazzjoni, Kwartieri Íenerali tal-Pulizija, il-Furjana sat-30 ta' Settembru 1997.
Kopji tal-White Paper jistæu jinkisbu mit-Taqsima tal-Pubblikazzjonijiet tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni, Dar l-Annona, Pjazza Kastilja, Valletta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901