Left arrow Mur Lura

Ftuh ta' Gnien Misrah Kola f' H'Attard

PR1537
Date Icon 09/08/1997

"Il-Gvern hu impenjat jaghmel l-almu tieghu kollu sabiex jassigura li l-lokalitajiet kollha gewwa Malta u Ghawdex jigu msebbha u embellished kif inhu xieraq ghat-tgawdija tac-cittadini kollha."

Dan qalu l-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-perit Charles Buhagiar, waqt l-inawgurazzjoni ta' Gnien Misrah Kola, f' H'Attard. Dan il-gnien ilu ppjanat ghal hafna snin u l-ewwel residenti li marru joqoghdu f'din l-area aktar minn ghoxrin sena ilu gew imwieghda dan il-gnien. Wara li nhargu l-permessi necessarji mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar kien beda xoghol preliminari fl-ahhar xhur tas-sena li ghaddiet. Kien proprju matul din is-sena li dan il-gnien inghata spinta kbira 'l quddiem u li wassal sabiex il-holma tar-residenti ta' din l-area fl-ahhar issir rejalta'.

Issa li inizjattivi fuq skala lokali, bhal ma hu dan il-gnien, qeghdin jittiehdu mill-kunsilli lokali, il-Gvern dahal ghal xoghol ta' upgrading fuq skala regjonali u nazzjonali. Naturalment dan ma jfissirx li l-Gvern ma jaghtix l-ghajnuna tieghu kollha fuq progetti lokali. Il-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-perit Charles Buhagiar, kompla biex qal li "kwazi tista' tghid ix-xoghol kollu li sar f'dan il-gnien sar mill-haddiema tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici u hawnhekk irrid niehu l-okkazjoni li nirringrazzja lil dawn il-haddiema kif ukoll lis-supervisors taghhom, il-periti u lil dawk kollha li hadmu sabiex dan ix-xoghol jitlesta f'hin relattivament qasir. Irrid insemmi wkoll lill-kollega parlamentari l-Onor Richard Muscat li hadem sabiex jara t-twettiq ta' dan il-progett matul l-amministrazzjoni li ghaddiet u l-perit Frank Giordmaina Medici, li kien responsabbli mid-disinn ta' dan il-gnien. Irrid nirringrazzja wkoll lil Mr Charles Camilleri li kellu l-bicca xoghol iebsa li jara li x-xoghlijiet kollha jitlestew fil-hin stipulat minhabba li kienet ix-xewqa ta' hafna li dan il-gnien jigi inawgurat proprju qabel il-festa tar-rahal ta' H'Attard, il-festa ta' Santa Marija.

"Hawnhekk irrid insemmi wkoll li matul ix-xhur li ghaddew meta kienu qeghdin jithejjew u jitwettqu x-xoghlijiet saret kordinazzjoni shiha bejn id-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici u l-Kunsill Lokali ta' H'Attard. Naf ukoll li l-kunsilliera kollha kif ukoll is-sindku hadu interess personali f'dan il-progett u stinkaw kemm felhu halli x-xoghlijiet isiru kif xtaquhom huma. Illum sforz din il-koperazzjoni, ir-residenti ta' din l-area u b'mod partikolari t-tfal ghandhom area adattata fejn jistghu jirrikrejaw irwiehhom. F'dan il-gnien gie inkluz ukoll tejatru grieg zghir fejn jistghu jittellghu attivitajiet mit-talent lokali. B'dan il-mod dan il-gnien jintuza wkoll halli jippromwovi dejjem aktar il-kultura fost ic-cittadini.

"Bl-istess mod kif dan il-gnien sar b'kollaborazzjoni shiha bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali hekk ukoll fuq il-progetti ta' embellishment hafna akbar fuq skala regjonali u nazzjonali trid tintuza din it-tip ta' kollaborazzjoni. Wiehed jista' jghid li fuq progetti kbar diga' bdiet issehh din it-tip ta' kollaborazzjoni kif sar fuq il-progett ta' embellishment ta' Bugibba, fejn f'dan il-progett il-Kunsill Lokali kellu sehem shih fuq il-kumitat ta'azzjoni li kkordina dan il-progett. Wiehed irid jghid ukoll li fil-progetti ta' embellishment li hemm mahsubin ghal-lokalitajiet ohrajn ukoll iridu jigu involuti l-Kunsilli Lokali mill-bidu nett tal-progett.

"L-istess haga trid issir fil-progetti nazzjonali kbar ta' embellishment tal-parks nazzjonali. F'kazi bhal dawn jista' jaghti l-kaz li jkollok aktar minn Kunsill Lokali wiehed. Hekk fil-progett tal-Park Nazzjonali ta' Burmarrad/il-Qawra se jkunu involuti l-Kunsilli Lokali ta' San Pawl il-Bahar u n-Naxxar, fil-Park Nazzjonali ta' Ta' Qali, il-Kunsilli Lokali tar-Rabat, l-Imdina, H'Attard u l-Mosta, u fil-Park Nazzjonali ta' Delimara l-Kunsilli Lokali ta' Marsaxlokk, Marsascala u z-Zejtun.

"Hu ttamat li permezz ta' din it-tip ta' koperazzjoni mhux biss il-progetti jitwettqu b'success imma dawn verament jirrispondu ghall-bzonnijiet tac-cittadini.

"Ghaldaqstant filwaqt li ghal darb'ohra nirringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom halli dan il-progett jitwettaq b'success, nappella lil dawk kollha li se jgawdu minn dawn il-facilitajiet, b'mod partikolari r-residenti sabiex ikunu vigilanti kontra kull attentat ta' vandalizmu li jista' jsir. Dan il-progett hu taghna lkoll u rridu nibzghu ghalih halli jkun jista' jibqa' jitgawda fis-snin li gejjin."

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow