Left arrow Mur Lura

L-Agricultural Export Marketing Board iwiegeb lil Onor. Ninu Zammit

PR1533
Date Icon 08/08/1997

Nirreferu ghall-istqarrija ghall-istampa u x-xandir dwar l-esportazzjoni tal-patata tas-Sajf 1997 mahruga mix-'Shadow Minister tal-Biedja u Sajd fis-6 ta' Awissu 1997.

Peress li l-Onorevoli Ninu Zammit naqas li jaccetta l-istedina biex jara l-files u d-dokumenti li offrielu l-Agricultural Export Marketing Board fl-istqarrija li ghamel fit-2 ta' Awissu 1997, jidher li verament mhux interessat fil-fatti, izda li jhawwad l-imhuh ghal skopijiet politici u purament propagandistici.

Il-Bord mhux politiku u mhux interessat li jilghab il-politika u l-anqas li jkun ballun f'xi loghba politika.

Il-Bord itenni l-invit li ghamel fl-istqarrijiet imsemmija lill-Onorevoli Ninu Zammit jekk verament jrid jkun jaf kif tahdem is-sistema, ghax milli qal jidher li ma fehem xejn. Konferma ta' dan huwa l-ewwel paragrafu ta' l-istqarrija tieghu, kif ukoll l-ewwel mistoqsija. Il-Bord jerga jtenni li l-prezz minimu garantit mhux marbut mad-data ta' l-esportazzjoni, izda mal-kwantita li tigi esportata.

Is-sistema ghall-provista tat-trasport li ntuzat hija l-istess wahda li ilha tintuza mill-1973 sa llum u, hija s-sistema li tiggarantixxi l-ahjar servizzi bl-inqas spiza.

Il-quotations ghall-ixkejjer hargu, u l-offerta nghatat fi zmien l-ex Ministru Censu Galea. Din taghlaq fl-1998.

Il-Bord prezenti huwa konvint li l-bidwi la gie milghub u lanqas misruq.

Id-dettalji dwar prezzijiet u dati tal-bejgh ta' kull ammont u ta' kull varjeta huma bhal dejjem suggetti ghal spezzjoni tad-Direttur tal-Verifika, il-persuna li tiggarantixxi li l-affarijiet saru sewwa.

Il-Board ghandu mohhu mistrieh u b'hekk jista' jserrah ras il-bdiewa kollha illi l-process ta' l-esportazzjoni tal-patata gie mmexxi bl-akbar serjeta u trasparenza

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow