Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja iqassam certifikati lil tobba u dentisti
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr. Michael Farrugia qassam certifikati lil ghadd ta' tobba u dentisti li jahdmu fid-Dipartiment tas-Sahha.
Il-Ministru Farrugia qal li seba' tobba li ricentement qaghdu ghal ezami tal-'FRCS' (specjalizzazzjoni fil-kirurgija) ghaddew kollha. B'dan ir-rekord Malta ghanda ghax tkun kburija bit-tobba taghha.
Fid-diskors tieghu il-Ministru Farrugia qal li targets li ghall-ewwel kulhadd beda jahseb li kienu mpossibli twettqu u hawnhekk fahhar lid-Dipartiment tar-Radiologija tal-iSptar San Luqa li f'inqas minn xahrejn irrangaw is-sistema ta' l-appuntamenti u l-'waiting list' tnaqqset drastikament ikkomparata max-xaghrejn jew tlieta kif kienet qabel.
Huwa semma x-xoghol fuq il-management gdid ghall-Out-Patients Department fl-Isptar San Luqa sabiex ix-xoghol fuq il-management gdid ikun aktar ikkoordinat.
Il-Ministru Farrugia qal li jrid jinholoq management gdid li jaghti spinta 'l quddiem lid- day surgery biex b'hekk pazjenti li jidhlu ghal operazzjoni zghira, jdumu l-isptar ghal gurnata wahda jew tnejn biss, kif inhi normali fil-pajjizi avvanzati fis-settur tas-sahha.
Il-Ministru Farrugia ferah lil dawn l-impjegati u qal li fosthom hemm persuni li se jkunu f'postijiet strategici u li huma l-vetrina tad-Dipartiment tas-Sahha. Ghal-ewwel darba se jkun hemm ukoll konsulent li jikkoordina l-kura tal-mard infettiv.
Huwa sahaq il-bzonn li kullhadd ghandu jimxi id f'id sabiex id-Dipartiment tas-Sahha javvanza l-quddiem b'servizz ta' kwalita' ghall-gid tac-cittadini Maltin u Ghawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901