Kooperazzjoni mal-Pulizija fl-Ghadira
Il-Pulizija llum zgurat li dawk il-kiosks li kienu qeghdin jokkupaw spazju b'mod illegali fil-Bajja ta' l-Ghadira jibdew josservaw il-ligi u jizguraw li qeghdin joperaw skond il-permessi tal-Pulizija u b'hekk ma jibqghux jokkupaw spazju tac-cittadini li jzuru din il-bajja tant popolari.
Dawn is-sidien ikkoperaw mal-Pulizija biex ma jibqghux jingumbraw illegalment parti mill-Ghadira. Issa dawn is-sidien qeghdin joperaw in-negozju taghhom skond il-licenzji u l-permessi li ghandhom.
Is-sidien tal-kampijiet li kienu okkupaw illegalment l-art maghrufa bhala t-Taflija, limiti ta' l-Ghadira, il-Mellieha wkoll ikkoperaw bis-shih mal-Pulizija biex izarmaw il-kampijiet li kienu ramaw fl-inhawi. Kienu s-sidien tal-kampijiet stess li nehhew il-kampijiet minn posthom.
Il-Pulizija tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li wrew sens ta' kooperazzjoni biex il-Ligi tigi rispettata fl-interess ta' kulhadd u tfakkar li se tkompli tinsisti li l-ligi tigi rrispettata minn kulhadd.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901