Il-Ministru Michael Farrugia jinawgura ufficcju tal-MUMN f'Ghawdex
Il-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) fethet ufficju fl-Isptar Generali t'Ghawdex. L-ufficju gie inawgurat mill-Ministru tas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja Dr Michael Farrugia, mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo u mill-President tal-Union Rudolph Cini.
F'kelmtejn li ghamel waqt l-inawgurazzjoni, is-Sur Rudolph Cini qal li l-ufficju se jtejjeb l-access ghall-Union mill-haddiema ta' l-Isptar t'Ghawdex. Is-Sur Cini tkellem dwar il-bzonn ta' koperazzjoni ikbar bejn il-Union u d-Dipartiment tas-Sahha filwaqt li fahhar id-decizjoni li jinbidlu l-uniformijiet tan-nurses.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo rrefera ghall-koperazzjoni li tezisti bejn is-Segretarjat u l-Ministeru tas-Sahha u li minnha qed jibbenefikaw il-haddiema nfushom, b'gharfien tal-problemi taghhom u titjib tal-kundizzjonijiet tax-xoghol. Dr Refalo irrefera ghar-rapport ikkummissjonat dwar l-Isptar Generali li se jigi ppubblikat dalwaqt u qal li l-Unions inghataw spazju ghall-kontribut taghhom fit-thejjija tieghu.
Il-Ministru tas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja Dr Michael Farrugia, irrefera hu wkoll ghar-rapport dwar l-Isptar Generali ikkummissjonat mill-Prim Ministru u qal li huwa dejjem kien dispost li jiltaqa' mal-Unions biex jisma' l-proposti taghhom dwar il-htigijiet ta' l-Isptar u tal-haddiema. Dr Farrugia qal li wahda mill-iktar affarijiet importanti hija s-sahha u s-sigurta' tal-haddiema ta' l-isptarijiet u fil-fatt diga' qed isir tibdil favur sistemi iktar moderni biex jigu eliminati certi perikli ghall-haddiema.
Il-Ministru Farrugia qal li l-problemi ta' l-Isptar ta' Ghawdex fejn jidhol nuqqas ta' staff ghandhom jibdew jigu mtaffija bl-ingagg ta' nursing aides. Applikazzjonijiet minn Ghawdxin qed jigu ttrattati specifikament skond il-bzonnijiet ta' l-Isptar ta' Ghawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901