Jibda x-xoghol ta' tindif mill-Ministeru ghad-Djar f'Wied il-Ghajn
Wara snin shah ta' telqa, dal-ghodu beda xoghol estensiv ta' tindif fil-Qasam tad-Djar ta' Zonqor f'Wied il-Ghajn. Dan ix-xoghol, li mistenni jkompli fil-jiem li gejjin, qieghed isir wara li ftit jiem ilu l-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, kien qal li dak ix-xoghol li jista' jsir malajr u li jaqa' taht il-Ministeru tieghu, isir. Il-Ministru dal-ghodu mar fuq il-post biex isegwi x-xoghol ta' tindif u thammil ta' munzelli gholjin ta' skart tal-bini u hmieg iehor li ngama' matul dawn l-ahhar snin.
F'laqghat li kellu dan l-ahhar il-Ministru mal-Kunsill Lokali u mal-Kumitat tal-Partit Laburista ta' Wied-il-Ghajn, qalilhom li dak ix-xoghol li jaqa' taht il-Ministeru tieghu isir. F'dawn il-laqghat huma tkellmu, fost suggetti ohra, dwar l-izvilupp ta' gonna f'Wied-il-Ghajn, kif ukoll dwar l-istat ta' abbandun li thalla fih il-Qasam tad-Djar ta' Zonqor f'dawn l-ahhar 10 snin.
Il-Ministru, f'dawn il-laqghat issuggerilhom li jipprezentaw rapport fuq bini bi problemi ta' housing bhal postijiet battala li huma dilapidati u li jaghmlu proposti dwarhom.
Ix-xoghol li nbeda dal-ghodu qieghed isir taht is-supervizjoni ta' ufficjali mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li qieghdin jiehdu hsieb ukoll it-thejjija tal-progett globali li jinkludi progett ta' gnien f'dak il-lokal.
Il-Ministru kien akkumpanjat mill-Konsulent tieghu, Dr. Stefan Buontempo, mill-Assistent Personali tieghu, s-Sur Michael Micallef u mill-Periti tad-Dipartiment, is-Sur Jean Pierre Attard u Ms Audrey Demicoli. Kien hemm ukoll nies teknici mill-istess Dipartiment.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901