Left arrow Mur Lura

Titwaqqaf il-Kummissjoni dwar il-futur tal-familji u tal-koppji Maltin

pr1459
Date Icon 26/07/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant hatar Kummissjoni dwar il-futur tal-familja biex tkun tista' tifli l-qaghda tal-familji u tal-koppji Maltin.

It-termini tar-Referenza tal-Membri tal-Kummissjoni

Il-membri tal-Kummissjoni "dwar il-futur tal-familja biex tifli l-qaghda tal-familji u l-koppji Maltin" inghataw dawn it-termini ta' riferenza:

  • Fir-rispett shih tal-valuri socjali u religjuzi li jhaddnu c-cittadini kollha u tat-tolleranza, l-Kummissjoni se tkun qed tifli l-esperjenza ta' socjetajiet Ewropej ohra fit-tfassil ta' politika ghall-harsien tal-familji u taz-zwieg. Il-Kummissjoni se taghmel rakkomandazzjonijiet dwar:

    - il-mizuri li jistghu jittiehdu biex fis-socjeta` taghna jkun hemm harsien dejjem ahjar ghall-hajja tal-familji, u dan fil-kuntest tal-bidliet imghaggla li dejjem qed isehhu fis-socjeta` u fl-imgieba u fl-istrutturi tal-familji (il-firxa ta' "single parent families";
    - hinijiet tax-xoghol estensivi barra d-dar, kemm ghar-ragel u kemm ghall-mara;
    - il-problemi mqanqla minn konsum ta' alkohol u drogi; u mill-loghob ta' l-azzard;
    - il-vjolenza fil-familja;
    - il-kontribut lill-hajja tal-familji maghmul mill-anzjani, ecc.)

  • kif jista' jintlahaq konsensus nazzjonali kemm jista' jkun wiesa', biex f'kazi fejn jidher assolutament car li zwieg ikun falla, u fejn ic-cittadini involuti ma jhossux li fil-kuxjenza ghandhom xi jxekkilhom milli jiehdu din it-triq, iz-zwieg taghhom ikun jista' jigi civilment xolt bil-ghan li dawn ic-cittadini jergghu jiksbu l-opportunita` li jwaqqfu familja. Il-Kummissjoni tistharreg ukoll liema forma -- b'paragun ma' mudelli Ewropej ezistenti -- jista' jiehu dan ix-xoljiment.

Il-Kummissjoni se twettaq il-hidma kollha ta' ricerka, konsultazzjoni u diskussjoni mas-setturi kollha tas-socjeta` Maltija li hi tqis mehtiega biex tilhaq l-ghanijiet taghha. Tissottometti rapport lill-Prim Ministru dwar il-konkluzjonijiet taghha sa l-ahhar ta' Jannar 1998.

Il-membri tal-Kummissjoni Dwar il-Futur tal-Familji huma:


Chairman: Dr Hugh Peralta

Membri:

Is-sinjura Maureen Cole
Dr Louise Gatt
Is-sinjura Joyce Guillaumier
Is-Sur Tony Licari
Dr Peter Muscat
Dr Rose Sciberras
Is-sinjura Sue Vella
Is-sur Joe Cassar Naudi
Professur Kenneth Wain

Segretarju: Is-sur Frans Sammut

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow