Il-Kummissjoni dwar il-Biedja u s-Sajd
Il-vizjoni li l-Gvern ghandu ghal pajjizna hi dik ta' Malta moderna. Fid-dinja ta' zmienna, aspirazzjoni ta' din ix-xorta ghandha rilevanza assoluta. Kien ghalhekk li l-Gvern waqqaf il-Forum ghall-Ekonomija Nazzjonali.
Hi l-fehma shiha tal-Gvern li l-mudel ta' zvilupp ghall-gzejjer Maltin hu dak ta' zvilupp ibbilancjat li, fuq kollox, irid ikun zvilupp sostenibbli.
Dan ifisser li fil-Gzejjer Maltin il-biedja u s-sajd ghandhom l-ispazju ghall-izvilupp taghhom. U hu propju minn hawn li johrog l-impenn tal-Gvern li jsahhah u jtejjeb dawn is-setturi.
Ghaldaqstant il-Gvern waqqaf Kummissjoni Dwar il-Biedja u s-Sajd li b'konsultazzjoni mal-Forum ghall-Ekonomija Nazzjonali se tgharbel il-qaghda ta' dawn is-setturi fil-gzejjer taghna u tirrakomanda b'mod dettaljat il-programmi li l-biedja u s-sajd jixirqulhom ghat-tishih taghhom.
Aktar minn dik f'setturi ohra, l-attivita ekonomika fil-biedja u s-sajd tiddependi minn hafna forzi. Hemm qabel xejn, il-vantaggi jew zvantaggi naturali li l-biedja f'kull pajjiz jista' jkollha. Barra hekk, hemm l-elementi naturali u l-klima. Il-produzzjoni fil-biedja trid l-art taghha, il-produtturi, bdiewa u rahhala, fuq kollox, ghandha bzonn il-konsumatur.
Is-setturi kollha, kemm dawk li jaqghu fl-isfera ta' l-ucuh tar-raba' u l-ortikultura kif ukoll dawk fl-isfera tal-laham u l-halib, ghandhom il-prattika tal-mestjir taghhom. F'dinja moderna il-produttur ghandu bzonn l-uzu tat-teknologija. Barra hekk, qabza kwalittativa fil-prodott tehtieg regoli.
Biedja moderna jfisser ukoll li l-produttur ghandu bzonn is-serhan tal-mohh permezz ta' "insurance coverage" u opportunitajiet adegwati ta' kreditu bankarju.
L-istess ghalhekk, taht cirkustanzi differenti, jista jinghad ghall-industrija tas-sajd. Imma fuq kollox, kull zvilupp huwa ghas-servizz tal-bniedem, tal-llum u ta' ghada. Ghaldaqstant, l-izvilupp irid ikun sostenibbli fejn il-htigijiet ta' l-ambjent u r-realtajiet rurali u ekologici jigu mharsa..
Interventi ghat-titjib tas-setturi ghalhekk ghandhom ikunu msejsa fuq linji ta' politika aggornata. Dan hu fil-fatt l-ghan ahhari ta' din il-Kummissjoni li x-xoghol taghha ghandu jwassal ghal pjan ta' azzjoni fil-biedja u s-sajd sas-sena 2010, orizzont maghzul mill-FAO.
Kull vizjoni trid idejat godda u mpenn ghax-xoghol - mhux anqas hekk fil-biedja u s-sajd. U dan hu l-awguri tal-Ministru Noel Farrugia lill-membri tal-Kummissjoni fl-okkazzjoni tal-hatra taghhom.
Terms of Reference for an Agricultural Plan for the Maltese Islands
- Rural development
- Protection of the rural environment
- Sustainable development
- Improved Agricultural use
- Agri-tourism
- Improved water resources for agriculture
- Introduction of new varieties
- Promotion of Agricultural Research Work
- Rationalisation and strengthening of traditional crops
- Horticulture and Greenhouse Development Programme
- Upgrading of fodder/roughage production
- Development programme for livestock industries
- Modernisation and extension of the marketing system
- Strengthening of the Agricultural Export Marketing Board
- Introduction of grading and labelling standards
- Regulatory framework for quality and health policy
- Upgrading of Farmers' and Fishermen's social structure
- Restructuring and renewal of the fisheries sector
- Modernisation of the fishing fleet
- Adaption of the conditions for marketing fish products
- Development of traditonal fishing ports
- Regeneration of crafts within the fisheries sector
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901