Left arrow Mur Lura

Mahsuba xoghlijiet biex jissebbah il-qasam tad-djar ta' Zonqor f'Wied il-Ghajn

pr1454
Date Icon 25/07/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, f'laqgha li kellu mal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Ghajn, habbar li qed jithejja programm ta' xoghlijiet biex jissebbah il-Qasam tad-Djar ta' Zonqor fejn se jinholoq centru ta' rikreazzjoni. Huwa qal ukoll li se jsir dak kollu possibbli biex dawk ix-xoghlijiet li jaqghu taht ir-responsabbilta' tal-Ministeru tieghu isiru.

Is-Sur Portelli dal-ghodu kellu laqgha ma' delegazzjoni mill-Kunsill ta' Wied il-Ghajn fil-Palazz il-Belt. Il-Kunsill Lokali qieghed jilmenta dwar il-qaghda ta' Zonqor fejn kien tela' l-Housing Estate u qieghed jishaq dwar il-htiega ta' tindif u irrangar ta' toroq.

Il-Ministru qal li dawk ix-xoghlijiet li huma responsabbilta' ta' xi dipartiment li jaqghu taht il-Ministeru tieghu se jsiru u anke ta direttivi lill-ufficjali mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex xi xoghlijiet li ghandhom isiru jibdew malajr kemm jista' jkun.

Huwa fakkarhom li kif sar f'Bugibba se jsir f'Wied-il-Ghajn ukoll. Waqt il-laqgha issemmew xi htigijiet ohra li ghandu dan il-lokal. Huwa qal li minn dejjem ha interess fil-hajja tar-residenti ta' dan il-post.

F'din il-laqgha kienu prezenti wkoll il-Konsulent tal-Ministru, Dr. Stefan Buontempo, l-Assistent Personali tieghu, s-Sur Michael Micallef, is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, il-Perit Jean Pierre Attard u l-Perit Audrey Demicoli u s-Sur Victor Ellul mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.

Flimkien mas-Sindku, is-Sur Charles Zammit kien hemm is-Sinjura Marvic Attard Gialanze', Vici Sindku u l-Kunsillieri, is-Sinjura Marija Victoria Busuttil, is-Sur David Vella u s-Sur John Baptist Camilleri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow