Left arrow Mur Lura

'Il-Gvern favur proposti ghal zjieda fin-negozju f'pajjizna' - Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant

pr1450
Date Icon 25/07/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li l-Gvern huwa dispost li jikkonsidra bl-akbar simpatija l-proposti tal-Korporazzjoni tal-Fieri Internazzjonali biex ikompli jizdied in-negozju f'Malta u ghall-gid tan-negozju internazzjonali li nistghu naghmlu f'pajjizna. Il-Prim Ministru wieghed l-appogg tal-Gvern lill-Korporazzjoni biex insahhu u nkabbru l-iskop tal-Fiera Internazzjonali. Il-Prim Ministru qal dan waqt ikla organizzata fl-okkazzjoni tal-Erbghin Fiera Internazzjonali ta' Malta fir-Raddison BayPoint Hotel, San Gorg.

'Nemmen fl-izvilupp tax-xoghol tal-Fiera Internazzjonali dwar fieri specjalizzati, izda nemmen ukoll fil-hidma biex f'pajjizna ikun hawn centru internazzjonali ghall-kummerc. Permezz tal-Korporazzjoni nistghu naghmlu hidmiet godda', qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru irringrazzja l-Korporazzjoni ghall-hidma kbira li qed taghmel ghall-kummerc f'pajjizna, hidma deskritta mill-Prim Ministru bhala importanti li ghandha tkompli tikber fuq livelli differenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow